Is-Semifinalisti 2023
Il-Kanzunetti Semifinalisti ta’
L-Għanja tal-Poplu 2023
(Is-47 Edizzzjoni)
B’kollox ġew sottomessi 142 kanzunetta għas-47 edizzjoni ta’ L-Għanja tal-Poplu – Festival tal-Kanzunetta Maltija. Minn dawn il-ġurija komposta minn 5 ġurati għażlet l-40 kanzunetta semifinalista.
Din hi l-lista f’ordni alfabetika tal-kanzunetti li għaddew għas-semifinali ta’ L-Għanja tal-Poplu:
Il-kanzunetti semifinalisti 2023
Dan r-riżultat ġie kkonfermat min-nutar.
It-tieni fażi tal-għażla hija s-semifinali, meta l-kantanti se jkantaw il-kanzunetti tagħhom live b’akkumpanjament irrekordjat.
L-Għanja tal-Poplu se jittella’ fil-5 ta’ Awwissu 2023 fi Pjazza Teatru Rjal bis-sehem tal-Malta Concert Orchestra.
Dan il-festival huwa organizzat mill-għaqda volontarja L-Għanja tal-Poplu b’kollaborazzjoni mal-Malta Concert Orchestra u Pjazza Teatru Rjal.
L-Għanja tal-Poplu huwa megħjun mill-Kunsill Malti għall-Arti.
Nota: Il-parteċipanti se jirċievu l-marki u l-kummenti tal-ġurija wara li jgħaddi l-festival.
Parteteċipanti – L-GĦANJA TAL-POPLU 2019
L-Għanja tal-Poplu – Festival tal-Kanzunetta Maltija 43 Edizzjoni – [...]
Il-Kanzunetti Semi-Finalisti 2019
IL-KANZUNETTI SEMI-FINALISTI GħTP 2019 B’kollox ġew sottomessi 111-il kanzunetta [...]
L-applikazzjonijiet Jintlaqgħu t-Tlieta 21 ta’ Mejju,
L-43 edizzjoni tal-festival L-Għanja tal- Poplu - Festival tal-Kanzunetta [...]