Ħu Sehem fl-Għanja tal-Poplu
Għeżież awturi u kompożituri,
Bi pjaċir inħabbru is-47 edizzjoni ta’ L-Għanja tal-Poplu li se tittella’ fil-5 ta’ Awwissu ġewwa Pjazza Teatru Rjal bis-sehem tal-Malta Concert Orchestra. Ir-regolamenti jinsabu fil-paġna www.ghanjatalpoplu.org/regolamenti-2023 . L-appikazzjonijiet se jintlaqgħu sat-13 ta’ April 2023.*
F’dan il-festival, għandek il-liberta’ li tuża kwalunkwe ġeneru mużikali li tixtieq biex tesprimi l-emozzjonijiet u l-ideat tiegħek. Bħala organizzaturi, aħna nipprovdu okkażjoni tajba fejn l-awturi u l-kompożituri jistgħu jwasslu l-kanzunetti tagħhom lill-publiku Malti. Il-festival L-Għanja tal-Poplu jkun suċċess jekk ikun fih kanzunetti ta’ kwalita’ bil-Malti u jippreżenta kanzunetti li jappellaw għall-poplu.
Li wieħed ikun midħla tal-letteratura Maltija tgħin biex wieħed ikun kittieb tajjeb. L-istess japplika fil-kompożizzjoni tal-mużika kif wkoll fil-kitba tal-kanzunetti. Ninkoraġġixxu lill-awturi u kompożitur jisimgħu u japprezzaw il-kanzunetti ta’ artisti minn diversi pajjiżi, speċjalment dawk li huma qrib tagħna. Illum permezz tal-Youtube, huwa iktar faċli li tagħmel dan.
Barra minn hekk, fuq l-internet insibu bosta artikli li jistgħu jgħinu lil min jixtieq itejjeb il-ħila tiegħu fil-kitba u l-kompożizzjoni tal-kanzunetta. Għal dan il-għan qed ninkludu ftit ħoloq li jistgħu jinteressaw lill-awturi u kompożituri, speċjalment dawk li għadhom jibdew.
Intant nistiednek tibda’ taħseb biex tikteb u tikkomponi dik l-kanzunetta li biha tesprimi is-sentimenti, l-emozzjonijiet u l-ħsibijiet tiegħek. Is‑sehem tiegħek f’dan il‑festival għandu jkun esperjenza pożittiva għall‑karriera tiegħek. Għalhekk inħeġġuk taħseb biex tipparteċipa.
Fil-kas ta’ mistoqsijiet tista’ tiktbilna email jew iċċempel 79923522.
* F’kas ta’ bżonn tista’ titlob għall-estensjoni sad-19 ta’ April, ara dettalji fir-regolamenti .
Kumitat L-Għanja tal-Poplu
Preżentazzjoni ta’ Teżi lill-Għanja tal-Poplu
George Cassar għadu kif temm b'suċċess il-kors ta' B.A. (Unuri) fil-Malti. Huwa ppreżenta kopja tat-teżi tiegħu lill-għaqda tal-Għanja tal-Poplu. It-teżi ta’ George Cassar [...]
L-GĦANJA TAL-POPLU – Żgħażagħ
L-Applikazzjonijiet jintlaqgħu fit 2 ta' Novembru 2017; Nofs Novembru jitħabru it-30 semi-finalista; Bidu ta' Diċembru jintagħżlu l-finalisti; il-Ġimgħa 2 ta' Marzu 2018, [...]
Applikazzjonijiet għall-Għanja tal-Poplu – Żgħażagħ (4 Edizzjoni)
L-Għanja tal-Poplu – Żgħażagħ huwa festival ta’ kanzunetti oriġinali bil-Malti interpretati miż-żgħażagħ u akkumpanjati live. Ir-raba' edizzjoni tal-Għanja tal-Poplu - Żgħażagħ hu organizzat mill-kumitat L-Għanja tal-Poplu flimkien [...]
Kunċert minn Walter Micallef f’Jum Malta ġewwa Berlin
STQARRIJA GĦALL-ISTAMPA Kunċert minn Walter Micallef f'Jum Malta ġewwa Berlin Jum Malta fil-Ġermanja ġie ċelebrat fid-19 ta’ Settembru fl-ambaxxata Maltija f’Berlin taħt il-patroċinju [...]
Ir-Rebbieħa tal-41 edizzjoni tal-Għanja tal-Poplu
PRESS RELEASE IR-REBBIEĦA TAL-41 EDIZZJONI TAL-GĦANJA TAL-POPLU Festival tal-Kanzunetta Maltija Il-kanzunetta rebbieħa L-Għanja tal-Poplu 2017 – Festival tal-Kanzunetta Maltija li sar ġewwa Pjazza Teatru [...]
Finalisti 2017
Kanzunetti Finalisti 2017 L-Ghanja tal-Poplu, Is-Sibt 2 ta' Settembru 2017, 20.30. Biljetti €10 minn ticketline.com.mt
Tnedija 41 Edizzjoni L-Għanja tal-Poplu
http://www.tvm.com.mt/mt/news/festival-bi-18-il-kanzunetta-maltija-li-jinkoragixxi-l-liberta-tal-espressjoni/