Ippublikati r-Regolamenti 2024

January 12th, 2024|0 Comments

Titħabbar it-48 Edizzjoni ta’ L-Għanja tal-Poplu 2024

Bi pjaċir inħabbru t-48 edizzjoni ta’ L-Għanja tal-Poplu li se tittella’ fit-3 ta’ Awwissu ġewwa Pjazza Teatru Rjal bis-sehem tal-Malta Concert Orchestra. Dan il-festival huwa organizzat mill-għaqda volontarja L-Għanja tal-Poplu bl-għajnuna tal-Kunsill Malti għall-Arti.

Il-festival L-Għanja tal-Poplu joffri l-liberta’ lill-artisti tal-kanzunetta Maltija li jużaw kwalunkwe ġeneru mużikali li jixtiequ biex jesprimu l-emozzjonijiet u l-ideat tagħhom. Il-festival ta’ din is-sena jkun suċċess jekk ikun fih kanzunetti ta’ kwalita’ bil-Malti li jkunu relevanti għall-poplu Malti.

Il-festival jiżvolġi fi tlett fażijiet. Fl-ewwel fażi, il-ġurija tagħżel 40 kanzunetta semifinalista mill-kanzunetti kollha li jkunu applikaw. Fit-tieni fażi, ġurija oħra tisma’ l-kanzunetti semifinalisti kantati live u minnhom jintgħażlu s-sittax-il kanzunetta finalista. Fil-finali il-kanzunetti jkunu akkumpanjati live mill-Malta Concert Orchestra. Gruppi mużikali jistgħu jakkumpanjaw il-kanzunetta tagħhom stess. F’dan l-istadju se jkun hemm żewġ ġuriji: il-ġurija popolari u l-ġurija professjonali.

Il-festival wasal fit-48 edizzjoni tiegħu u sal-lum jattira b’entużjażmu t-talent żgħażugħ kif ukoll dak ta’ esperjenza. Tul dawn l-edizzjonijiet kollha, sena wara l-oħra, L-Għanja tal-Poplu ħeġġeġ il-kitba ta’ kanzunetti bl-ilsien Malti u wara serva ta’ pjattaforma biex l-artisti jwasslu l-kanzunetti tagħhom lill-pubbliku Malti.

Ir-regolamenti tal-festival L-Għanja tal-Poplu jinsabu fdan is-sit.

L-Għanja tal-Poplu qed jittella’ b’kollaborazzjoni ma’ Pjazza Teatru Rjal u huwa megħjun mill-Kunsill Malti għall-Arti.

Jitħabbru l-Finalisti GĦTP 2020

July 27th, 2020|

IL-FINALISTI TA’ L-GĦANJA TAL-POPLU (44 EDIZZJONI) Tħabbru s-sittax-il kanzunetta finalista tal-44 edizzjoni ta’ L-Għanja tal-Poplu. Din is-sena, il-finali ta’ L-Għanja tal-Poplu 2020 ser tkun festival [...]

Is-Semifinalisti GĦTP 2020

July 11th, 2020|

IL-KANZUNETTI SEMIFINALISTI GħTP 2020 B’kollox ġew sottomessi 80 kanzunetta għall-44 Edizzjoni tal-festival L-Għanja tal-Poplu. Il-ġurija għażlet l-40 kanzunetta semifinalista li ser jinstemgħu minn ġurija [...]

Applika Online sa l-1 ta’ Lulju 2020

June 19th, 2020|

Jiftħu l-applikazzjonijiet għall-44 Edizzjoni tal-Għanja tal-Poplu It-tim organizzattiv tal-Għanja tal-Poplu jemmen fil-ħila tal-awturi, kompożituri u l-gruppi mużikali Maltin. Minkejja s-sitwazzjoni preżenti ma qatax qalbu [...]

NEWS GħTP

June 10th, 2020|

Stqarrija għall-Istampa minn L-Għanja tal-Poplu Jiftħu l-applikazzjonijiet għall-44 Edizzjoni tal-Għanja tal-Poplu – Festival tal-Kanzunetta Maltija It-tim organizzattiv tal-Għanja tal-Poplu – Festival tal-Kanzunetta Maltija, jemmen [...]

Estensjoni – Data tas-Sottomissjoni

April 9th, 2020|

Avviż mill-Għanja tal-Poplu: Minħabba s-sitwazzjoni preżenti, id-data tas-sottomissjonijiet tal-kanzunetti se tiġi estiża u mħabbra aktar ’il quddiem. Il-Kumitat l-Għanja [...]

L-ordni kif ser ikantaw il-finalisti

July 20th, 2019|

L-Għanja tal-Poplu - Festival tal-Kanzunetta Maltija - 43 Edizzjoni  (2019) << Booking minn  www.kultura.mt >> L-Ordni kif  kif ser jitkantaw is-sittax-il kanzunetta finalista  akkumpanjati [...]

Parteteċipanti – L-GĦANJA TAL-POPLU 2019

July 16th, 2019|

L-Għanja tal-Poplu – Festival tal-Kanzunetta Maltija 43 Edizzjoni – 2019  Is-sittax-il kanzunetta finalista Bejn L-Erba' Ħitan - Kayley Cuschieri (Alexander Ellul, Mark Spiteri Lucas) [...]