Tittella’ L-Ordni tal-Kanzunetti Finalisti
PRESS RELEASE
L-GĦANJA TAL-POPLU
Tittella’ l-ordni tal-kanzunetti finalisti
Is-47 Edizzjoni ta’ L-Għanja tal-Poplu se tittella’ nhar is-Sibt 5 ta’ Awwissu fid-20:45 fi Pjazza Teatru Rjal bis-sehem tal-Malta Concert Orchestra taħt id-direzzjoni ta’ Mro Paul Abela.
L-ewwel edizzjoni ta’ dan il-festival ittellgħet 50 sena ilu ġewwa il-belt Valletta. B’kollox din is-sena ikkonkorrew 142 kanzunetta u minnhom intgħażlu l-aħjar 16. L-ordni ta’ kif se jkunu ppreżentati l-kanzunetti finalisti ttellgħet bil-polza fil-preżenza tal-parteċipanti.
F’ L-Għanja tal-Poplu l-artisti jistgħu jiktbu kanzunetti fuq dak li jridu huma, u bi stil mużikali li jixtiequ huma wkoll. Matul l-aħħar 50 sena, L-Għanja tal-Poplu baqa’ jiġbed lejh kemm ż-żgħażagħ kif wkoll artisti stabbiliti li għandhom għal qalbhom il-kanzunetta Maltija.
Il-kanzunetti finalisti tas-47 edizzjoni ta’ L-Għanja tal-Poplu (f’ordni ta’ kif se jkunu ppreżentati fis-serata finali) huma:
Kanzunetta – Kantant/a/i (Awtur, Kompożitur)
- Il-Baħħ u Jien – Christian Arding (Natasha Grima, Natasha Grima u Charlene Grech)
- Ġenn Ż – JAMM Band (Christopher Abela Mizzi u Mark Cachia)
- Għal Xejn – Jodi Zerafa Heckenlaible (Ian Zerafa)
- Meravilja – Mark Spiteri Lucas u Debbie Scerri (Emil Calleja Bayliss, Mark Spiteri Lucas)
- Maltija – Kayley Cuschieri (Joe Julian Farrugia, Philip Vella)
- O Żmien Ħlejju – Xelin (Etienne Micallef, Dominic Cini)
- X’Għarukaża – Graziella u Kirsten Mifsud Schembri Vella (Etienne Micallef, Priscilla Giordano Psaila)
- Katina – Laura Bruno (Paul Ellul, Mark Spiteri Lucas)
- Kreattività tal-Pastizzi – Kapitlu Tlettax u Grecia Bezzina (Emil Calleja Bayliss u Kapitlu Tlettax, Kapitlu Tlettax)
- Għadu Ma Sarx – Kelsey Bellante (Lon Kirkop)
- Mitlufin – Janelle Rapa (Mark Cachia, Glen Vella)
- Naħdmu Flimkien – Walter Micallef u Philip Vella (Walter Micallef, Philip Vella)
- Mhix Imħabba – Charlene Rae (Emil Calleja Bayliss, Mark Spiteri Lucas)
- Kelma Bejn Tnejn – Joseph Refalo (Joe Julian Farrugia, Pamela Bezzina)
- Monokrom – Jean Claude Vancell (Jean Claude Vancell)
- Il-Perfezzjoni Illużjoni – Audrienne (Emil Calleja Bayliss u Audrienne Fenech, Cyprian Cassar)
Il-mistiedna speċjali ta’ din is-sena hija Merga li se tinterpreta żewġ kanzunetti sbieħ mis-snin sittin u sebgħin b’arranġament orkestrali ta’ Mro Joe Brown. Il-festival se jkun ppreżentat mill-koppja Joseph Galea u Antonella Galea Loffreda.
Il-bejgħ online tal-biljetti sa jibda’ ma jdumx minn www.ticketline.com.mt . Għal aktar informazzjoni żur is-sit www.ghanjatalpoplu.org.
Dan il-festival huwa organizzat bil-kollaborazzjoni ta’ Pjazza Teatru Rjal u huwa megħjun mill-Kunsill Malti Għall-Arti.
Monica Said – Anamika
Monika Said Monica Said hija kantanta ta’ għoxrin sena, mill-Munxar Għawdex. Ilha tkanta minn mindu kellha tlettax-il sena, u minn dakinhar [...]
Neville (Neville Refalo)
Neville (Neville Refalo) Neville beda l-karriera tiegħu 16-il sena ilu taħt it-tagħlim tal-Maestro lokali Bryan Cefai. Ħa sehem f’diversi festivals lokali [...]
Krista Spiteri Lucas – Fjuri tal-Karti
Krista Spiteri Lucas Krista Spiteri Lucas twieldet fit-22 ta” Marzu, 2001 u tattendi skola fil-livell post sekondarju. Joghgbuha s-suggetti relatati mal-istorja [...]
Cain – Min Aħna?
Cain Cain Portelli, twieled fil-15 ta’Novembru 2001, skopra l-imhabba għall-mużika ta meta kellu biss erba’ snin. Beda jkanta still pop u [...]
Charlene – Nistenniek
Charlene Charlene għandha 33 sena u minn meta kienet żgħira il-ħolma tagħha kienet li tkanta – ħolma li dejjem żammet fil-kexxun [...]
Philip Vella – Allura
Philip Vella Philip Vella hu wiehed mill kantanti popolari mal Maltin ghall kanzunetti tieghu bhal X’Jimpurtani, Marija, Kemm jien Bezzul u [...]
Ruth Portelli
Ruth Portelli Mill-gżira Għawdxija, Ruth Portelli forsi hija kemm isem u wiċċ ġdid għal ħafna għaliex mhux waħda li tiffrekwenta d-dinja [...]
Il-Kanzunetti Finalisti- Tittella’ l-Polza
Click edit button t Fl-1 ta’ Settembru t-42 edizzjoni tal-Għanja tal-Poplu – Festival tal-Kanzunetta Maltija It-tnejn u erbgħin edizzjoni tal-festival L-Għanja tal-Poplu ser tittella’ is-Sibt l-1 [...]