Rita Pace
Rita Pace hija kantawtriċi li tikteb kemm għaliha u għal kantanti oħrajn. Hija ħadet sehem fil-diversi festivals bħala awtriċi u kklassifikat fl-ewwel tlett postijiet u ġieli wkoll rebħet b’xoghlijiet tagħha. Fl-Ghanja tal-Poplu wkoll ippartecipat kemm-il darba u rebħet il-premju għall-Aqwa lirika b’tema socjali 6 darbiet. Hija kklassifikat tlett darbiet fit-tielet post bħala kantanta u kantawtrici kif ukoll bħala kompożitriċi bis-siltiet “Indunajt”, “Pupazz” u “Battibekk” u rebħet il-festival bhala awtrici bil-kanzunetta “Jien Ma Nahdimx.” Hija ikkollaborat ma’ ħafna kittieba kemm Maltin u anki barranin u rebħet premji għall-lirika tagħha anki bit-Taljan. Rita Pace tħobb ħafna l-mużika Maltija u l-għana u siefret bosta drabi twassalhom f’pajjizi oħra fejn ukoll rebħet premjijiet għall-kitba tagħha.
Kantanta: Rita Pace
Backing vocalists: Angela Tirchett. Josef Tabone, Jackie Pace Delicata
Il-Ħsieb tal-Kanzunetta:
Kif tinbidel ir-relazzjoni ta’ koppja wara li jkollhom l-ulied? Kif taffettwahom il-wasla ta’ persuna oħra li tiddependi għal kollox minnhom? L-imhabba dejjem qed tissoda, qed jitghallmu iktar dwar xulxin u jsiru aktar jifhmu xi jkun għaddej minn moħħ xulxin, imma kemm jibqa’ ħin għal waqtiet romantiċi? It-trobbija ta’ membru ġdid fil-familja żżid il pressjoni fuq ir-relazzjoni jew kull waqt sar iktar prezzjuz iktar minn qatt qabel? Dil-kanzunetta tħares lejn din il-bidla mill-lenti ta’ mara li qed tirrifletti kif inbidlet il-ħajja taghhom issa li saru ġenituri, issa li l-ħin għal xulxin sar iktar BIS-SERQA.
Il-kanzunetta BIS-SERQA titratta l-mod kif tinbidel relazzjoni bejn koppja wara li jkollhom tarbija. L-imħabba tikber imma tizdied ukoll ir-responsabbilta’ ta persuna oħra li tiddependi għal kollox fuq il-ġenituri tagħha.