L-Għanja tal-Poplu 2020
Fuq TVM nhar il-Ġimgħa 11 ta’ Settembru fit-8.30 pm.
L-Għanja tal-Poplu baqa’ jgawdi dak l-ispirtu ta’ ħbiberija, il-libertà tal-kelma, u l-ħidma kontinwa favur il-kanzunetta Maltija bħalma kien igawdi sa mill-ewwel edizzjoni fl-1973. Dan il-festival jiġi organizzat b’mod professjonali mill-għaqda volontarja L-Għanja tal-Poplu, u huwa wkoll frott il-ħidma ta’ ħafna awturi u kompożituri li jemmnu fil-kanzunetta Maltija.
Il-festival L-Għanja tal-Poplu illum huwa wirt kulturali tal-poplu tagħna u għalhekk tajjeb insostnuh biex jibqa’ jitgawda mill-pubbliku Malti, illum u fil-ġejjien.
L-Għanja tal-Poplu huwa mgħejun mill-Kunsill Malti għall-Arti u mill-Valletta Cutural Agency.
Links għall-Lirika tal-Kanzunetti
>> L-Għanja tal-Poplu 2020 – Flipbook <<
>> L-Għanja tal-Poplu 2020 – PDF <<
Verżjoni text għall-mobile
tinsab fl-aħħar ta’ din il-paġna.
CD GĦTP Compilation 2020 + Posta lokali / internazzjonali €10
USB Pendrive 32GB GĦTP Compilation 2020 + Posta lokali / internazzjonali €15
Lirika ta’ L-Għanja tal-Poplu 2020
1. Ftakru
Charisse Ann
Vassallo
Kliem: Emil
Calleja Bayliss
Mużika: Mark
Scicluna
Kemm sirna influwenzati
F’din id-dinja virtwali,
frustranti s-sitwazzjoni
Skjavi f’midja soċjali!
Jeħtieġ
li nfittxu nifhmu x’qed isir
U
nagħrfu x’inhu tajjeb u ħazin
Ftakru... biex tgawdu kull
mument
U tgħixu fil-preżent
X’inhi il-verità?
Online jew realtà?
Ftakru... ma nħallux żmien
għaddej
għax jaf li jkun għalxej’,
Hemm bżonn nibdew mill-ġdid
U d-deni ndawruh f’ġid.
Il-ħin prezzjuż qed naħlu
M’hemmx aktar sentimenti,
ninsew lil ta’ madwarna
u moħħna fil-kummenti.
Mhux
tifhem jekk imdejjaq jew kuntent
F’dal-ġenn
spiċċajna ntlifna mal-kurrent
Ftakru... biex tgawdu kull mument
U tgħixu fil-preżent...
Ftakru...
li aħna il-futur
f’idejna
dan l-unur
nibdlu
dir-realtà
għall-ġid tas-soċjetà.
Ftakru... biex tgawdu kull mument
U tgħixu fil-preżent...
2.
Il-Passat Mhux Garanzija tal-Futur
Charlene
Mercieca Magro
Kliem u mużika:
Rita Pace
Fir-riklam ta’ xi
investiment
Hemm kulħadd jitbissem u kuntent
Wara żejt fil-bażwa u
ftaħir
L-istess frażi tqabbdek
id-dardir
Tkun ġa għamiltha fatta
u mingħalik
Tista’ terfa’ b’dak l-imgħax li jtik
U minn bil-ġuħ mejjet, int se ssir sinjur
Kollha xorta u tista’ tmur għand min
tmur
Il-passat
mhux garanzija tal-futur
Isma’
x’qallek fir-riklam dak is-sinjur
U
jaqbillek biex ma tkunx diżappuntat
B’alla
tiegħek int ma tagħmel qatt lil ħadd
Mhux
fil-banek biss isir l-investiment
U
għalhekk trid toqgħod ħafna ħafna attent
F’min
tinvesti ħajtek u f’min temmen fih
Għax
wara li jinqeda bik tista’ tinsieh
Anki l-ħbieb għalkemm ma jaħdmux
bil-kuntratt
U x’se jiġri ma
tipprevedi qatt
Hawn min jilħaqlu u
tiskanta kemm hu opportunist
U jbati min hu dejjem twajjeb,
altruist, idealist
Lit-tfal trabbi tajjeb u fl-inkwiet idaħħluk
Għax mill-ħbieb jiddakkru
u wara jittraduk
U l-imħabba saret l-agħar
investiment
Li ma tmurx toħroġ bit-telf oqgħod attent!
Il-passat
mhux garanzija tal-futur
Isma’
x’qallek fir-riklam dak is-sinjur...
L-interessi telgħin jew neżlin
Skont is-suq kultant taħseb
li rħas qegħdin
Meta bżonnok tiskanta
jinxtraw bix-xejn
Bżonnhom inti imma jaħsbuha
darba tnejn…
Il-passat
mhux garanzija tal-futur
Isma’
x’qallek fir-riklam dak is-sinjur...
Termini u
kundizzjonijiet japplikaw
Għax hemm nies li jaqbel
lilhom biss jaraw
L-interessi tagħhom qed
imexxu s-swieq
U għalhekk hemm min bħalna qed jaqla’ bis-sieq...
Il-passat
mhux garanzija tal-futur
Isma’
x’qallek fir-riklam dak is-sinjur
U
jaqbillek biex ma tkunx diżappuntat
B’alla
tiegħek int ma tagħmel qatt lil ħadd
Lil
ħadd, lil ħadd
3.
Il-Fqir
Catriona
Brincat u Mario Debono
Kliem u mużika:
Mario Debono
Rieqed fuq kartuna ġo bieb
ta’ palazz
ħdejn laned taż-żibel,
irwejjaħ u imbarazz,
in-nies ġewwa darha,
fis-sodda komda u sħuna,
tinsa li l-fqir bniedem bħali,
bħalek, ħuna.
Ħajtu dejjem barra, f’xita,
xemx u bard,
jien fil-kenn ta’ dari, ’il
bogħod mill-ġuħ u l-mard.
Min jaf kielx illejla jew
raqadx bil-ġuħ,
jittallab, jittama, joħlom
platt ifuħ?
Jien
x’se naqbad nagħmel quddiem din it-tbatija?
Tgħid
nagħlaq għajnejja jew nara fih lil ħija?
Lesta
niftaħ dari, nilqgħu, nagħtih kenn?
Lesta
li ntih jiekol, nagħdru, nħobbu, nħenn?
Rieqed fuq kartuna ġo bieb
ta’ palazz
ħdejn
laned taż-żibel, irwejjaħ u imbarazz...
Jien
x’se naqbad nagħmel quddiem din it-tbatija?
Tgħid
nagħlaq għajnejja jew nara fih lil ħija?...
Rieqed fuq kartuna ġo bieb
ta’ palazz
ħdejn laned taż-żibel,
irwejjaħ u imbarazz...
Ħajtu dejjem barra, f’xita,
xemx u bard,
jien fil-kenn ta’ dari, ’il
bogħod mill-ġuħ u l-mard.
Min jaf kielx illejla jew
raqadx bil-ġuħ,
jittallab, jittama, joħlom
platt ifuħ?
4. Professuri
Rachel Lowell
Kliem: Emil Calleja Bayliss u Rachel Lowell
Mużika: Philip Vella u Rachel Lowell
Professuri
b’tant kummenti
jridu jkunu
influwenti,
jaħsbu laħqu
presidenti
vera
sorprendenti!
Professuri kbar
soċjali
jispiċċaw
tassew fil-għali
dawn mhux bħali
ma jemmnux li aħna
lkoll ugwali!
Minn wara
l-iskrin biex jgħaddu ftit ħin,
jilagħbuha tal-ħelwin
dawn l-imberkin!
Professuri... Professuri... Professuri
tal-misturi
dejjem lesti
bil-miżuri f’kull każ serju u minuri.
Professuri... Professuri... Professuri
mhux siguri
iħossuhom
inferjuri forsi wkoll xi ftit għajjuri.
Professuri
b’tant ilmenti
li jiħduli
s-sentimenti
għal ħadd mhuma
attraenti
aħjar baqgħu
assenti.
Professuri kbar
attwali
sugu xejn u
kliem banali
faqar mentali,
b’ħafna
skużi sentimentali.
Minn wara
l-iskrin biex jgħaddu ftit ħin,
jaħsbuhom
qaddisin dawk l-għażżenin!
Professuri... Professuri... Professuri
tal-misturi...
Xi riċetta żgur
jiktbulek.
mingħajr ma l-but
imissulek
jibqgħu
imdendla ma’ djulek
u xi difett
isibulek.
Xi borom żgur
jikxfulek
storja sħiħa se
jiftħulek
bil-mod tagħhom
isellmulek
sal-personal
imissulek.
Professuri... Professuri... Professuri
tal-misturi...
5.
Minn Taħt L-Ilsien
Amber Grace
Kliem: Rita Pace
Mużika: Marco Debono
Bħal għasfur
imgerrex f’rokna
Mgħawġa nkun taħt
il-ħarsiet
Rasi baxxa,
nżomm id-demgħa
Mill-mistħija
rrid ħelsien
Ma kellekx għalfejn
tweġġagħni b’dak il-kliem
Quddiem sħabi
tumiljani ilek jiem
U dan kollu għax
tip tiegħek jien m’iniex
u li jogħġob
lilek jien ma jogħġobnix
Forsi xi ftit differenti
Forsi bħalek ma nilbisx
Ma niżbogħx bħal tiegħek xagħri
U jekk ma jogħġbokx, tħarisx
Jien m’iniex artifiċjali
Jien kuntenta hekk kif jien
Kemm nixtieq li ngħidlek f’wiċċek
U mhux hekk, minn taħt l-ilsien!
Għajnejk jgħarblu
id-difetti
Jattakkaw id-dgħufijiet
Jekk ġo xagħri hemm beżbuża
Jiena żgur ma neħlishiex
Għidli min taħseb
li inti? Illum quddiem kulħadd
Sibt is-saħħa
ngħidlek dak li m’għedtlek qatt!
Naf li jiena differenti
Naf li bħalek ma nilbisx
Ma niżbogħx bħal tiegħek xagħri
U jekk ma jogħġbokx, tħarisx
Jien m’iniex artifiċjali
Jien kuntenta hekk kif jien
Illum qiegħda ngħidlek f’wiċċek
Mhux iżjed minn taħt l-ilsien!
Fl-aħħar qed
niqaflek
U anke int
illum inħsadt
Ma rridx noqgħod
aktar vittma
Il-qawwa tiegħek
fuqi spiċċat!
Naf li jiena differenti
Naf li bħalek ma nilbisx
Ma niżbogħx bħal tiegħek xagħri
Imma jekk ma jogħġbokx, tħarisx
Hekk kif jien trid taċċettani
Jien kuntenta hekk kif jien
Illum qiegħda ngħidlek f’wiċċek
Mhux iżjed minn taħt l-ilsien!
Minn taħt l-ilsien...
6.
Mobile
Natalie Naudi
Kliem u mużika: Natalie Naudi
Filgħodu biex tqum, iqajmek il-mobile
Fil-kamra tal-banju, iddaħħal il-mobile
Tfittex l-app li minnha tixgħel il-kitla
Sa ma tinżel it-taraġ issib il-misħun lest
Waqt li tieħu l-kafè, tara l-mobile
Emails u messaġġi li daħlu mal-lejl
Twieġeb, tirrispondi minn fuq il-mobile
Għadek id-dar, qisek ġa dħalt ix-xogħol
Biex tgħannaqni ma’ dahri inħoss
il-mobile
Dejjem viċin, sar parti minn idejk
Jekk qegħdin id-dar, int fuq
u jien isfel
Tibgħatli messaġġ biex tgħidli li għandek l-għatx
Biex tara x’ħin hu, tixgħel
il-mobile
Biex tara x’temp hu, tiċċekkja l-mobile
Rasek ’l isfel lejn il-mobile f’idejk
Biex tweġibni lanqas biss tgħolli għajnejk
Waqt li qiegħda x-xogħol tibgħatli fuq il-mobile
Inħossni eqreb tiegħek milli meta ħdejk
Waqt li qegħdin id-dar, il-mobile jibqa’
f’nofsna
Kull darba li jdoqq, fis trid tara għalfejn
F’id iżżomm il-furketta, fl-oħra l-mobile
Biex taqra l-gazzetta taqraha fuq il-mobile
Jekk ċempel il-boss trid tirrispondih
Il-mobile tax-xogħol u ma tistax titfih
Biex tgħannaqni ma’ dahri inħoss
il-mobile...
Biex tgħannaqni ma’ dahri inħoss
il-mobile...
It-tifel ġie jgħannqek u anqas qed tinduna
Il-mobile insejt, ħa nerġa’
ndur lura
Nagħmel kollox bih, anke biex ktibt dal-kliem
‘Mma ħa nieqaf hawn għax spiċċali iċ-charge...
7.
Missier, Aħfrilhom
Christabelle Scerri
Kliem: Rita Pace
Mużika: Augusto Cardinali
X’għamiltlek qatt
jiena, ibni l-għażiż
Biex lili żejda llum
int qiegħed tqis?
Insejtu delli, li jien lilek tajt
Meta ma’ martek stess hawn innamrajt?
Anke mix-xita int taħti stkennejt
Ħutek l-għasafar bla dar int ħallejt!
X’għamiltlek jiena? Kif ħajti ħsadt?
Jien mill-frott tiegħi qatt ma ċaħħadt
Fejn qatt inqastek? Lili kkundannajt?
Jien fi xjuħiti naf li ġid biss tajt
Għamiltni tiegħek jien li b’xejn inħlaqt
Mill-Ħallieq don kont biex lilek rejjaqt
Missier aħfrilhom dan id-delitt
Li jbaqbaq demm kull min hu sebgħu dritt
Missier aħfrilhom għax jiena se mmut
L-injam ta’ ġismi, fin-nar
ġej mixħut
Jien la ħadt grazzi u lanqas ħaqq
Minn ħuti stess ħajti tlift tabilħaqq
Missier aħfirlu anke min ma ħaqqux
Għax mhux tassew l’għamlu dawn ma jafux
Għala għażiż tiegħi? Lili ttradejt?
Biex gorboġ ġebel fuqi ppreferejt?
Din il-ħamrija ukoll inti qlajt
Biex is-siment mort int minflokha tfajt
L-aħħar nifs tiegħi… ħa nċedi dir-ruħ
Missier f’idejk ilqa’ ħsiebi muġugħ
Il-ġenna miegħek ħudni, hemm fuq
Xejn ma jistħoqqli jien l-infern induq
Missier nitolbok, tgħoddulhomx dad-dnub
Imma roddilhom lura dawk il-qlub
Illi llum xierfa aktar mill-konkrit
Li bih dan l-iblah iħaxxen butu jrid
Missier aħfrilhom dan id-delitt
Li jbaqbaq demm kull min hu sebgħu dritt...
Minkejja dan, deni ma rrid ’il ħadd
Ħniena biss għandi għalkemm il-pulmun fgat
Missier aħfrilhom għax ma jafux
U rodd is-smigħ lil kull min huwa trux
8.
Normalità Ġdida
JAMM Band
Kliem u mużika: Mark Cachia
Niftakar żmien fejn maskri kont tilbishom biss fil-karnival
it-tfal qegħdin jitgħallmu, flok fl-iskola bil-piġama id-dar
il-knejjes m’għadhomx ippakkjati, għall-quddies ta’ nhar ta’ Ħadd
u kemm kelli nervi għax minn safra iċċaħħadt
Tisma’ n-nies jitkellmu tara professuri kullimkien
tistagħġeb jifhmu f’kollox allavolja ma studjaw imkien
jekk tagħtas iberrqulek u jekk tisgħol tkeċċi n-nies minn ħdejk
u kemm konna kuraġġużi, konna nieklu wara li jonfħu fuq kejk
Din hi n-normalità – Normalità Ġdida
insa il-passat u aċċetta l-isfida
l-ingwanti ġorr kullimkien
bla maskra, le tmur imkien
mel’ejja nimxu flimkien għan-Normalità Ġdida
Tmur tixtri jiċċekkjawlek it-temperatura kif tidħol mill-bieb,
jekk tgħaddi dritt għas-sanitizer, użah sew bla ma taħlih
fejn qabel, f’ħanut b’maskra, żgur li kont tkun xi ħalliel
illum bla maskra, igergrulek is-sidien
Din hi n-normalità – Normalità Ġdida...
Lesti li nidħlu għal dir-realtà
b’impenn liema bħalu, u bis-serjetà
kieku lkoll naħdmu sew b’integrità
dan in-normal ġdid ngħixuh bi kwalità
ir-risposta hija oħt il-kurżità
u b’idi fuq sidri, bl-akbar onestà
fejn nagħti rasi, fejn ser immur
in-normalità
tkissret, iddur fejn iddur
Niftakar żmien fejn kont inżur lil nannti ġewwa dar tax-xjuħ,
fejn qabel kont ngħannaqha, illum ma nissugrax, b’dal-fatt muġugħ
Din hi n-normalità – Normalità Ġdida...
9. Jien u Int
Marilyn Aquilina
Kliem u mużika: Marilyn Aquilina
Ma nafx kif ngħidlek
Kif nista’ nħares f’għajnejk
u nlissen dak li nħoss
Mhux soltu nistħi
anzi jien komda f’ġismi
għall-inqas ħsibt li kont
Ninsabu f’nofs it-taħwid u l-ġenn
m’għandix ħin x’nitlef
donnha d-dinja se tintemm
X’hemm ħażin jekk insaqsik
niltaqgħu xi mkien għall-kwiet
’il bogħod mill-konfużjoni u l-inkwiet
X’hemm ħażin immorru mixja fil-kampanja
ingawdu l-ftit li fadal
mingħajr xi kostruzzjoni jew konkrit
Għax dejjem xtaqt li nsir
nafek iktar
imm’għalik l-imħabba
logħba man-nar
ma rridx inpoġġik f’periklu
jekk nersaq viċin
mel’għidli x’hemm ħażin
li nkunu biss jien u int
M’għandix ċans miegħek
xorta waħda jimpurtani minnek
xorta naħseb fik
U bqajn’hawn f’nofs it-taħwid
u l-ġenn
m’għandix iktar x’nitlef
għax id-dinja se tintemm
X’hemm ħażin jekk insaqsik
niltaqgħu xi mkien bla rbit
għax li naħsbu wisq
qatt m’għamel ġid
X’hemm ħażin
niġbdu ritratt ta’ kull bieb ikkulurit
forsi dik tkun iċ-ċavetta
li biha tiftaħ qalbek miegħi
għax tkun trid
Għax dejjem xtaqt li nsir
nafek iktar
imm’għalik l-imħabba
logħba man-nar
mhux se npoġġik f’periklu
jekk nersaq viċin
mel’għidli x’hemm ħażin
li nkunu biss jien u int
Kif nista’ ngħidlek
Kif nista’ nħares f’għajnejk
Meta naf li ma trid xejn?
10.
Sant’Antnin
Rita Pace
Kliem u mużika: Rita Pace
Jien ma’ Santa Fjakka
Taf li demm m’għandix
Naf li ħadtlek
rasek
Għinni u nsaqqi l-ħass la
tibgħatnix!
Sant’Antnin Sant’Antnin
Sibli l-ħwejjeg
mitlufin
Sant’Antnin Sant’Antnin
Sibli l-ħwejjeg mitlufin
Tlift il-boxxla,
s-sens ta’ direzzjoni
U ma nafx kif se nsib
soluzzjoni
Tlift il-fidi tiegħi fil-bnedmin
U tlift is-sabar ma’ min hu ġakbin
Tlift tal-linja u issa xbajt nistenna
Illi rotta nsib diretta għall-ġenna
Għinni nsib f’dil-ħajja
is-sabiħ
Min kibritlu rasu jsib kappell jiġih
Sant’Antnin Sant’Antnin...
Sant’Antin nistħajlu impjegat
miegħi
Miskin hu u l-anġlu kustodju tiegħi
Qed nitlifha ta’ kuljum ta’
spiss
Nitlef l-erre u magħha kull ittra li jmiss
Tlift it-tempra u anki
it-temprina
Ma’
min ried isib ix-xagħra fl-għaġina
Tlifna s-sens ta’ kull identità
U tlifna kull kuntatt mar-realtà
Sibli storja li mhijiex imħawra
Sib ħabib ta’ veru u tkun
sibt ġawhra
Sibli roqgħa fejn immur nistkenn
Mill-ħajja mgħaġġla nsib
il-ħin, il-kenn
Għamlet ħasla u ma sabitx
Par kalzetti illi hu pariġġ
Qatt ma ddejqu lil dal-qaddis
Meta tkun tilfet il-piż
Sant’Antnin Sant’Antnin...
Tliftu għaqli niġri wara l-ħolma
Illi llum ħalliet biss togħma morra
Tgħid tlifna tal-ħajja
kull valur?
Tlifna l-irġulija, kulħadd sar pinnur
Ġibli lura lil dik
it-tarbija
Li ġarrejt
jien għal
tliet
xhur go fija
Sibli s-sens li ma nibdiex mil-lum
Minn kulma nara niġi naqa’ u nqum
Sant’Antnin Sant’Antnin...
Sant’Antnin nitolbuk tagħti kasna
Għaliex fl-aħħar se nitilfu rasna
Sant’Antnin hawn taħt il-bini ndfinna
U l-klawstrofobija se ġġenninna
11. F’Dirgħajk
Jean Claude Vancell
Kliem u mużika: Jean Claude Vancell
Int… int li
ddawwalli d-dlam,
Li demmi
ssaffih mill-imrar.
Int, forsi
lanqas biss taf
Li kliemek hu
l-għadu taċ-ċpar
Li joħnoq
il-qalb.
Jien nara l-ħajja
f’għajnejk,
It-tama tal-ġejjien
f’idejk.
Jekk mitlufa
f’dan l-oċean
Inkun il-kewkba
li twasslek id-dar,
Għax fl-aħħar
tal-jum
M’hemmx kenn aħjar
ħlief
F’dirgħajk…
fejn il-ħolm lest li jtir,
Fejn dak li ma
jseħħx jista’ jsir.
Hemm ngħum ġol-ikħal
ilmijiet
U nħobb il-qalb
li dejjem ridt.
It-tlellix ta’
dil-belt ma jxebbax,
Ma’ mħabbtek ma
jikkumparax.
Jekk ser tfitt’xni,
kun af li nkun hemm
Bi mħabba
li mhux ser tintemm
Għax fl-aħħar
tal-jum
M’hemmx kenn aħjar
ħlief
F’dirgħajk…
fejn il-ħolm lest li jtir…
Fejn dak li ma
jseħħx jista’ jsir.
Hemm ngħum ġol-ikħal
ilmijiet
U nħobb il-qalb
li dejjem ridt.
F’dirgħajk…
fejn il-ħolm lest li jtir…
Fejn dak li ma
jseħħx jista’ jsir.
Hemm ngħum ġol-ikħal
ilmijiet
U nħobb il-qalb
li dejjem ridt.
U meta tħoss
id-dawl jintefa minn għajnejk
Lest nerfa’ l-aħħar
nifs minn fuq xofftejk,
U meta l-lejl
hu twil u ma jrid jgħaddi b’xejn
F’dirgħajk
insib il-mistrieħ.
12. Sakemm Sibt Garaxx
Sarah Micallef Muscat
Kliem: Frederick Camilleri
Mużika: Augusto Cardinali
Sa sebgħa w sittin,
Kont ngħix f’mezzanin.
Inħallas il-kera, għax kont l-inkwilin.
Ġie jħabbat il-bieb,
U mingħajr tlaqliq,
B’ta’ fuqi senduqi tkeċċejt barra t-triq.
Ma stajtx nikri post,
Talbuni il-mijiet,
Jien ngħix bil-pensjoni,
Ma stajtx inħallas dal-kirjiet.
Sakemm sibt garaxx,
Il-kera kien baxx,
Kien fih sodda waħda,
Fejn stajt norqod raqda.
Bil-lejl bix-xemgħat,
Fix-xitwa nġazzat,
Fis-sajf fgat bis-sħana,
Dan fl-aqwa żmien tagħna.
Jien qsamt l-ilmijiet,
Biex naħrab l-inkwiet,
Pajjiżi kien mifni bil-faqar u mwiet.
Ħaddimni bennej,
Bla naf x’inhu ġej,
Jagħtini kemm ngħaddi bla skruplu ta’ xej’.
Fejn noqgħod m’għandix,
Talbuni il-mijiet,
Bil-paga li għandi,
Ma stajtx inħallas dal-kirjiet.
Sakemm sibt garaxx,
Il-kera kien baxx ,
Ġo fih ngħixu tmienja,
Suppost ngħixu hienja!
Bil-lejl bix-xemgħat,
Fix-xitwa nġazzat,
Fis-sajf fgat bis-sħana,
Dan fl-aqwa żmien tagħna.
Sakemm sibt garaxx,
Il-kera kien baxx,
Kien fih sodda waħda,
Fejn stajt norqod raqda.
Bil-lejl bix-xemgħat,
Fix-xitwa nġazzat,
Fis-sajf fgat bis-sħana,
Dan fl-aqwa żmien tagħna.
Jien tajt lil pajjiżi,
Sal-għaraq ta’ xbini,
U issa nesieni,
F’garaxx ġie ħallieni.
13. Fittixtek
Ruth Portelli
Kliem: Emil Calleja Bayliss
Mużika: Mark Scicluna
Għajnejk ma rawnix
u widnejk ma semgħunix,
imma qalbi baqgħet tiegħek
għaliex ruħi irbatt miegħek.
B’fommok m’għajjattlix
u bi lsienek ma faħħartnix,
bil-mod bdejt titbiegħed minni
irħejt idek minn ma’
idi.
U jum minnhom
sparixxejt,
waħdi naqdef hawn ħallejt.
Jien fittixtek ma sibtekx
rabta miegħi ma għandekx
dak li ridt ngħidlek m’għidtlekx
m’urejtekx.
Jien fittixtek ma lmaħtekx
xtaqt li ngħidlek ma bkejtekx
f’ħajti aktar ma ridtekx
ma nafekx.
Riġlejk żgur ħaffew
u dnubietek intesew
int ħallejtni hawn fil-għama
donnok kont taf li m’hemmx tama.
Il-memorji intesew
imma d-dubji reġgħu ġew
ma nafx kif mill-ġdid waqqajtni
ħsibt li għażla ġdida tajtni
U jum minnhom
sparixxejt,
waħdi naqdef hawn ħallejt.
Jien fittixtek ma sibtekx
rabta miegħi ma għandekx…
Maħsuda qomt
b’dak li kont ħlomt
imniggża bl-għollieq
ħsibt li dan nixtieq.
Mitlufa ksaħt
jien mort minn taħt
bogħod minn kullimkien
noħlom b’ward fil-ġnien.
Jien fittixtek ma sibtekx
rabta miegħi ma għandekx…
14. Mediterran
Amber Marie Coleiro
Kliem: Joe Julian Farrugia
Mużika: Andrew Zammit
Baħar mimli bis-snin bla
jixjieħ
tfawwar żgħożitu mal-mewġ
stejjer moħbija fejn qiegħ ma
jidhirx
rebħ ta’ kursari u telfien
f’nofs id-dagħbien
f’ġirja għall-ħelsien...
Ilma ħalliem,
wegħdi ta’ sliem
taħt
xemx il-benna fit-togħmiet
f’medda
ta’ lwien... tfittxija
xefaq
ħerqan
Mediterran...
Ara l-ħġejjeġ imqabbda
max-xtut
fl-għabex imtajjar
is-sħab
żifnet il-gawwi,
tqanqil il-Grigal
bla ħjiel tal-għada
x’se jkun
f’tarf l-istaġun
dgħajsa bla tmun
Ilma ħalliem,
wegħdi ta’ sliem...
F’artijietek għatxana
jinbet ward, jinbet
l-għollieq
misterjuż
destinhom il-ġnus...
Ilma ħalliem, wegħdi
ta’ sliem
Ilma ħalliem,
wegħdi ta’ sliem...
Ilma ħalliem, wegħdi
ta’ sliem
Mediterran
Mediterran
15. Anġli Żgħar
Kayley Cuschieri
Kliem: Joe Julian Farrugia
Mużika: Philip Vella
Minn twelidhom tfal speċjali
għalkemm taħsdek l-aħbar
imma fl-għożża tal-familja
l-għaxqa jsiru ta’ ġod-dar
Jibdew jikbru bħal tfal oħra
differenti mhumiex
jidħku, jibku u jilagħbu
kull mument ma jintesiex
Tant ħelwin u innoċenti
ġmiel ifawwar il-madwar.
Jagħmlu kollox bil-pass tagħhom... anġli żgħar
Daqskemm jafu jħobbu huma
ma jaf iħobbok ħadd
u ma jagħmlu xejn b’mibegħda
dik ġo qalbhom ma tkun qatt.
Fjur ġenwin fi ġnien il-ħajja
tbissima ta’ bla tmiem,
f’din id-dinja kkumplikata
b’ħarsa waħda jxerrdu s-sliem...
Mhux biżżejjed niggustawhom
ġugarell taħsbuhomx
jafu jħossu bħali u bħalek
jaqgħu lura tħalluhomx.
M’għandhomx bżonn min jitħassarhom
ħiliet għandhom, abbiltà...
Jagħmlu kollox bil-pass tagħhom... anġli żgħar
Daqskemm jafu jħobbu huma
ma jaf iħobbok ħadd...
Dik il-kromożoma żejda
tathom aktar milli ħadet
anki lilna tatna ħafna
bihom fostna... ħafna ferħ...
Daqskemm jafu jħobbu huma
ma jaf iħobbok ħadd...
16. Il-Ħass u
l-Basal
Kemmuna Airways
Kliem u mużika: Rita Pace
Forsi x-xemx qed tagħmel minna barbikju
U tixwi lil kull midneb, anki niedem, hu min hu
Kulħadd għajjien, kulħadd... aħna lkoll, u anki jien
U kulur wieħed ċapep qiegħed nara kullimkien
Ġebel abjad imdardar
Is-sema qed tfarfar
Fuq rasna l-burdati
Bħall-ġobon tal-ħakk…
Tħallatx il-ħass mal-basal
Qalu... Qalu...
U kieku stess il-binjiet
Twalu... Twalu...
U mbilli tisgħol ftit
Tagħmilx għaġeb issa trid?
Għax dik l-allerġija
L-pirmli għaliha
Tista’ tixtri l’hawn il-flus…
Tħabbilx rasek, hawn il-flus
Toqgħodx tgerger, hawn il-flus
Mhux ġo buti, imma hawn il-flus
Mhux ġo buti, imma hawn il-flus
Ħallina minnek, tkomplix tgerger, aqta’ ftit
Issa qażżiżtu ’l Leli tgħidu, qtajtli kull aptit
Ara għandekx bżonn tmur għand tabib ħa dderri u tkun ferħan
Għandek minn kollox… tbissem ftit, kun pożittiv, kemm int baħnan!
Nisgħol u nagħtas
Waqt li nħoll il-qratas
Tal-vitamina Ċ bit-tikka u niġbed il-ventolin...
Tħallatx il-ħass mal-basal
Qalu... Qalu...
Tħabbilx rasek l’hawn il-flus….
Kollox tixtri l’hawn il-flus
Kollni dejn imma hawn il-flus
Mhux ġo buti imma hawn il-flus
Dir-rassa nħossha tagħfas fuqi u ma
nistax
Nitmattar għaliex post fejn nimraħ ma
baqax
Kulħadd qed jiġi għala biebu minn kulħadd
Tigdem ilsienek biex ma tkunx iġġudikat
Ħriġt għall-arja u kien hemm wieħed
ipejjep sigarett
Kont xi darba jien nilmenta imm’iss’ ’qas kelma mġiddma m’għedt
M’għadnix nagħraf differenza
L-arja xorta ħmieġ fl-essenza
Qed inpejjep bla ma rrid id-dħaħen u t-trabijiet….
Tħallatx il-ħass mal-basal
Qalu... Qalu...
Qiegħed nifga, imma hawn il-flus
Nibla’ l-pirmli, imma hawn il-flus
Mhux ġo buti,
imma hawn il-flus
Basta npaxxi xi
qażquż...