L-Applikazzjonijiet Jinsabu Magħluqa
Infakkru li l-applikazzjonijiet għal L-Għanja tal-Poplu 2022 huma miftuħin sat-18 ta’ Marzu. L-applikazzjonijiet qed jintlaqgħu online sat-18 ta’ Marzu 10pm . (Ara l-applikazzjoni) .
Fil-każ li tiġi bżonn estensjoni, ikkuntatjana qabel it-18 ta’ Marzu, 2022 fuq 99882646 biex tingħata permess għal estensjoni sa mhux iktar tard mill-25 ta’ Marzu. Il-ħlas tas-sottomissjoni wara it-18 ta’ Marzul 2022 ikun ta’ €80 .
Għal dan il-festival tista’ tikteb kanzunetta/i fuq dak li tixtieq u bl-istil mużikali li tixtieq int. Aktar dettalji jinsabu fir-regolamenti.
Inħajruk tipparteċipa f’ L-Għanja tal-Poplu 2022. Għal iktar informazzjoni ara l-paġna ta’ Mistoqsijiet Frekwenti.
L-Għanja tal-Poplu se jittella’ fit-30 ta’ Lulju fi Pjazza Teatru Rjal bis-sehem tal-Malta Concert Orchestra u se jixxandar live fuq TVM. Bħas-sena li għaddiet, qabel il-festival kull kanzunetta se jsirilha l-music video tagħha.
Jekk għandek xi mistoqsijiet nistednuk tibagħtilna email fuq ghanjatalpoplu@gmail.com .