L-GĦANJA TAL-POPLU
Ħidma b’Risq il- Ħolqien ta’ Kanzunetti ta’ Kwalita’ bil-Malti
L‑għanijiet ewlenin
- li jġib ’il quddiem il‑kanzunetta Maltija ta’ kwalità;
- li joħloq opportunità biex il‑kompożituri u l‑awturi jwasslu l‑kanzunetta tagħhom lill‑pubbliku Malti;
- u wara l‑festival, ikompli jgħin lill‑artisti Maltin isibu udjenza dejjem ikbar għall‑kanzunetta tagħhom.
Festival li joffri spazju wiesa’ lill-Artisti
L-Għanja tal-Poplu, festival ta’ kanzunetti oriġinali bil-Malti li ra l-bidu tiegħu fl-1973. Tul dawn is-snin kollha, il-festival żamm l-ispirtu ta’ ħbiberija fost il-parteċipanti u jagħti spazju wiesgħa kemm lill-artisti ġodda kif ukoll lil dawk stabbiliti. F’dan il-festival, l-artisti Maltin – b’mod mill-aktar liberu – jesprimu l-ferħ, il-weġgħat, il-ħolm u s-sentimenti tagħhom permezz tal-kanzunetta Maltija.