Introduzzjoni |
Regolamenti |
Kuntatt |
Rebbieħa |
Parteċipanti kollha |
Isma xi diski (MP3) |
2007 |
2007 żgħażagħ |
2006 |
2006 żgħażagħ |
2005 |
2005 żgħażagħ |
2004 |
2003 |
2002 |
2001 |
2000 |
1999 |
1998 |
1997 |
1996 |
1995 |
Suċċessi |
Is-Sibt 7 ta’ Mejju 2005 fit-teatru tas-Salesjani f’tas-Sliema.
Il-Kanzunetta Maż-Żifna tat-Tfal interpretata tajjeb min Brooke Borg fuq kliem ta' ħuha Brendan u mużika ta' Doreen Cardinali, rebħet il-festival L-Għanja tal-Poplu Żgħażagħ li din kienet l-ewwel edizzjoni tiegħu u li sar nhar is-Sibt 10 ta' Mejju fit-Teatru Sależjan tas-Sliema.
Fit-tieni post ikklassifikat il-kanzunetta Xi Dwejjaq bil-kantanta Bianca Casha u fuq kliem ta' Rita Pace u kompożizzjoni ta' Jacqueline Cassar, li rebħet ukoll il-premju għall-ahjar Tema Soċjali, kif ukoll il-vot mill-pubbliku preżenti fis-Sala għall-aħjar preżentazzjoni fuq il-palk.
Fuq lirika ta' Keith Zammit u mużika ta' Andrew Zammit, il-kanzunetta Tolleranza kantata minn Jessica Magro rebħet it-tielet post.
Il-ħmistax il-kanzunetta finalista kollha kienu ta' livell għoli u s-serata kienet waħda mill-aktar pjaċevoli li nkludiet ukoll talent ieħor varjat. Dawk kollha li ma kellhomx l-opportunità jkunu fis-sala, ser ikunu jistgħu isegwu dan il-festival fil-futur qrib fuq l-istazzjon televiżiv Education 22.
Jippreżentaw dan il-festival kien hemm ir-rebbieħa tal-edizzjoni tal-kbar ta' l-Għanja tal-Poplu, li din is-sena kienet it-30 edizzjoni tiegħu. Julie Pomorski, flimkien mas-simpatiċi Owen u Daniel.
Kopja ta' double album CD biż-żewġ edizzjonijiet tal-festival flimkien ma' librett bil-lirika kollha tal-kanzunetti, jista' jinxtara mill-ħwienet ewlenin tal-mużika, jew mill-Y.T.C. stess bil-prezz ta' Lm6.50c.
Noel D.Amato
P.R.O.
Kanzunetta | Mużika | Kliem | Kantanti | |
---|---|---|---|---|
Mhux Veru | Pauline Briffa | Joseph Pace | Pauline Briffa | |
Talba lill-Madonna | Chan Vella | Alexia Schembra | Danica Muscat | |
Biex Jitwettqu x-Xewqat | John David Zammit | Klinnsmann Coleiro | Kylie Coleiro | |
Tolleranza | Andrew Zammit | Keith Zammit | Jessica Magro | |
Il-Ħabib ta' l-iskola | Augusto Cardinali | Dario Bezzina | Dario u Grecia Bezzina | |
Ħajja Mgħaġġla | Anthony Buttigieg | Corinne Caruana | Decoda Buttigieg | |
Jiena, Int u l-Melodija | Andrew Zammit | Justine Grech | Klinsmann Coleiro | |
Maż-Żifna tat-Tfal | Doreen Cardinali | Brendan Borg | Brooke Borg | |
Ħabib Tassew | Marco Debono | Christ Azzopardi | Domenique Azzopardi | |
Agħtuna Ħajja Ahjar | christine_micallef | Dorian Micallef | Christabelle Borg | |
Ħabib Ġdid | Sandro Zammit | Charles Azzopardi | Angela Vassallo | |
Bewsa | Kurt Spiteri Lucas | Paul Ellul | Felicity Rayner | |
Xi Dwejjaq | Jaqueline Cassar | Rita Pace | Bianca Casha | |
L-Għana tan-Nannu | Dominic Cini | Rita Pace | Francesca Zarb | |
Pinokkjo s-Saħħar | Julie Zahra | Felicienne Fenech Caruana | Kurt Galea |
© 1995-2005 Youth Travel Circle.
Mużika u lirika © l-awturi u kompożituri.
Homepage (disinn, produzzjoni) © Ramon Casha .