Introduzzjoni |
Regolamenti |
Kuntatt |
Rebbieħa |
Parteċipanti kollha |
Isma xi diski (MP3) |
2007 |
2007 żgħażagħ |
2006 |
2006 żgħażagħ |
2005 |
2005 żgħażagħ |
2004 |
2003 |
2002 |
2001 |
2000 |
1999 |
1998 |
1997 |
1996 |
1995 |
Suċċessi |
Il-YTC din is-sena qed organizzat ukoll L-Għanja tal-Poplu Żgħażagħ fit-teatru tas-Salesjani f’tas-Sliema.
Il-Kanzunetta "Kyrie Eleison" interpretata min J Anvil fuq kliem ta’ Giovann Attard u mużika ta’ Augusto Cardinali, rebħet il-festival L-Għanja tal-Poplu – 31 edizzjoni li sar is-Sibt 13 ta’ Mejju waqt il-programm Showtime fuq PBS.
Fit–tieni post ikklassifikat il-kanzunetta "Dak Bla Ġlekk" bil-kantanta Isabelle, fuq kliem u mużika ta’ Augusto Cardinali.
Fuq lirika ta’ Paul Ellul u mużika ta’ Mark Spiteri Lucas, il-kanzunetta "Ġaħan Tibkix" kantata minn Julia Grima ġiet ikklassifikata fit-tielet post.
Il-premju speċjali għall-aħjar tema soċjali intrebaħ mill-kantawtur Walter Micallef bil-kanzunetta ‘L Malta, filwaqt li Isabelle rebħet ukoll il-premju għall-aħjar interpretazzjoni.
Is-sittax il-kanzunetta finalista kollha kienu ta’ livell għoli u s-serata kienet waħda mill-aktar pjaċevoli li nkludiet ukoll talent ieħor varjat b’tema Maltija. Dawk kollha li ma kellhomx l-opportunità li jaraw il-festival jistgħu jixtru double CD album li fih jinkludi wkoll il-Festival taż-Żgħażagħ. Is-Cd tinkludi wkoll ktejjeb bil-lirika kollha tal-kanzunetti u dawn jistgħu jinxtraw mill-ħwienet ewlenin tad-diski, jew mill-Y.T.C. stess bil-prezz speċjali ta’ LM6.50c
Jipprezentaw il-festival kien hemm Moira Delia u Manwel Xuereb.
Il-votazzjoni kienet imqassma hekk: 67% mill-ġurija esperta li kienet komposta min Frank ‘O Neill, Dr Frank Cassar, Tony Pace, Anna Borg Cardona, Trevor Zahra u Marthese Cassar. Il-kumplament tal-votazzjoni li kellha saħħa ta’ 33% kienet f’idejn il-pubbliku permezz tat-televoting.
Din is-sena wkoll il-Y.T.C. ta r-rikonoxximent Ġieħ l-Għanja li Tibqa’ lil Anna Borg Cardona u Profs Charles Camilleri, bħala apprezzament tal-ħidma kontinwa tagħhom b’risq il-mużika Maltija.
Kanzunetta | Mużika | Kliem | Kantanti | |
---|---|---|---|---|
Bnedmin Bħalna! | Sammy Galea | Gorg Saliba | Dario Bezzina | |
Għaliex? | Renato Briffa | Doris Chetcuti | Vittorio Gauci | |
Dmugħ | Augusto Cardinali | Giovann Attard | Sandro Cassar | |
It-Tliet Gwardjani | Andrew Żahra | Mario Fenech Caruana | Incorvaja Sisters | |
Tama f' Ħajja Aħjar | Teddie Zammit | Teddie Zammit | Teddie Zammit | |
Min Int Ma? | Chan Vella | Alexia Schembri | Alexia Schembri | |
Tort ta' l-Arloġġ | Philip Vella | Joe M. Farrugia | Hermann Bonaci | |
Ħanini | Philip Vella | Philip Vella | Philip Vella | |
Kieku Taf | Corazon Mizzi | Corazon Mizzi | Corazon Mizzi | |
Il-Festi tal-Maltin | Albert Friggieri | Albert Friggieri | Albert Friggieri | |
Ħlomt | Philip Vella | Joe Chircop | Caroline | |
3et | Ġaħan Tibkix | Mark Spiteri Lucas | Paul Ellul | Julia Grima |
Vjaġġ fil-Ħsieb | Mark Spiteri Lucas | Paul Ellul | Anabel Spiteri | |
2ni | Dak Bla Ġlekk | Augusto Cardinali | Augusto Cardinali | Isabelle Żammit |
'Il Malta | Walter Micallef | Walter Micallef | Walter Micallef | |
1el | Kyrie Eleison | Augusto Cardinali | Giovann Attard | J Anvil |
© 1995-2005 Youth Travel Circle.
Mużika u lirika © l-awturi u kompożituri.
Homepage (disinn, produzzjoni) © Ramon Casha .