Introduzzjoni |
Regolamenti |
Kuntatt |
Rebbieħa |
Parteċipanti kollha |
Isma xi diski (MP3) |
2007 |
2007 żgħażagħ |
2006 |
2006 żgħażagħ |
2005 |
2005 żgħażagħ |
2004 |
2003 |
2002 |
2001 |
2000 |
1999 |
1998 |
1997 |
1996 |
1995 |
Suċċessi |
28 ta’ Frar 2007
Ħbieb,
Għandna pjaċir nistednukom għal appuntament ieħor mal-festival l-Għanja tal-Poplu. Il-festival huwa okkażjoni oħra għalikom l-awturi, kompożituri u kantanti, sabiex tesprimu lilkom infuskom permezz tal-kanzunetta.
Inħeġġukom taqraw ir-Regolamenti sew minħabba li din is-sena hemm xi affarijiet li huma ġodda.
Qabel il-festival isiru eliminatorji li minnhom jintagħzlu l-kanzunetti għas-serati finali. Il-kanzunetti jridu jkunu oriġinali, qatt ma nstemgħu fil-pubbliku, jew dehru jew instemgħu fuq il-media. Kull kanzunetta ma tistax tieħu aktar minn tlett minuti u nofs. Il-messaġġ tal-kanzunetta jista’ jkun dak kollu li jrid l-awtur, sakemm ma jkunx vulgari jew ta’ propoganda partiġġjana. Inħajjruk tikteb kanzunetti li jesprimu l-ħajja tal-poplu tagħna, bl-aspirazzjonijiet, esperjenzi, ambjent, kultura, tradizzjonijiet u gosti Maltin, kif ukoll dwar aspetti soċjali internazzjonali li l-poplu tagħna jaqsam mal-bqija tal-popli l-oħra.
Fil-każ tal-Festival Adoloxxenti u Żgħażagħ inħeġġu biex il-kanzunetti jesprimu l-idejat taz-zgħazagħ tal-lum.
Sabiex tieħu sehem fil-festival trid tibgħat
L-ewwel eliminatorja (Din issir skond in-numru ta’ kanzunetti li jiġu sottomessi)
Il-kanzunetti jiġu iġġudikati minn ġurija li tisma’ r-rekording tal-kanzunetti u tagħżel numru minnhom.
F’dan l-istadju il-kanzunetti jiġu ġġudikati fuq il-lirika u l-melodija u mhux l-orkestrazzjoni.
It-tieni eliminatorja
Fit-tieni eliminatorja, ġurija differenti tisma’ ir-rekording tal-kanzunetti biex minnhom jintagħzlu l-kanzunetti finalisti.
Is-Serati Finalii
Is-Serati Finali li din is-sena jinkludu wkoll semi-finali ser jittellgħu waqt il-Festival tal-Logħob tan-Nar fix-Xatt tal-Belt bejn is-27 u t-30 t’April 2007.
Ikun hemm rehearsals fil-ġimgħa ta’qabel. Bħas-snin ta’ qabel għandna l-ħsieb li nippublikaw CD u bħas-soltu dan l-festival ser jintwera fuq it-televixin u ssir promozzjoni għall-parteċipanti fuq il-media.
Il-ġuriji jivvotaw skond; l-oriġinalita’, l-uzu tal-kelma, l-interpretazzjoni, l-arranġament muzikali u l-kanzunetta in ġenerali.
Jingħataw premijiet speċjali għall-aħjar tema soċjali u l-aħjar interpretazzjoni.
Min jieħu sehem fil-finali hu responsabbli għall-prezentazzjoni u l-akkumpanjament tal-kanzunetta tiegħu. Meta l-kanzunetti finalisti jkunu ġew ippubblikati, ma jistgħux jiġu rtirati.
Il-kantanti finalisti jridu jattendu għall-provi u s-serati finali kollha u jkantaw skond l-ordni stabbilit.
FESTIVAL KBAR - Il-kantanti prinċipali kif ukoll il-backing vocals jridu jkunu għalqu s-sittax il-sena sal-ġurnata tal-festival.
FESTIVAL ŻGĦAŻAGĦ - Il-kantanti prinċipali u l-backing vocals iridu jkunu bejn l-10 u 15-il sena sal-ġurnata tal-festival.
Waqt is-serati finali kantant prinċipali jista’ jinterpreta kanzunetta waħda biss.
Kull vuċi umana waqt il-festival trid tiġi nterpretata live.
F’kull stadju ta’ dan il-festival id-deċizjoni finali hija dik tal-kumitat Organizzattiv.
Għalkemm il-festival hu kompetittiv, il-festivals organizzati mill-YTC dejjem saru f’ambjent ta’ ħbiberija fejn ngħinu ‘l xulxin. Għalhekk aħna noffru kull għajnuna lil min ikollu bzonnha. Għal aktar informazzjoni tista’ ċċempel lil Dun Maurice fuq 21233893 jew lil Noel fuq 79666149.
F’isem il-Kumitat Organizzattiv inselli għalik, u nħeġġek tħabrek sabiex bil-ħidma tagħna flimkien inkomplu ngħollu l-livell tal-kanzunetta Maltija
Il-Kumitat Organizzattiv
© 1995-2005 Youth Travel Circle.
Mużika u lirika © l-awturi u kompożituri.
Homepage (disinn, produzzjoni) © Ramon Casha .