Introduzzjoni |
Regolamenti |
Kuntatt |
Rebbieħa |
Parteċipanti kollha |
Isma xi diski (MP3) |
2007 |
2007 żgħażagħ |
2006 |
2006 żgħażagħ |
2005 |
2005 żgħażagħ |
2004 |
2003 |
2002 |
2001 |
2000 |
1999 |
1998 |
1997 |
1996 |
1995 |
Suċċessi |
Il-Kanzunetta Aċċetani kif jien interpretata tajjeb min Christabelle Borg fuq kliem ta’ Chris Azzopardi u mużika ta’ Mark Spiteri Lucas, rebhet il-festival L-Ghanja tal-Poplu – Zghazagh 2006 li sar is Sibt 29 t’April waqt il-programm Showtime fuq PBS.
Fit–tieni post ikklassifikat il-kanzunetta Grazzi bil-kantant Brenton Azzopardi, fuq kliem u mużika ta’ Rita Pace.
Fuq lirika wkoll ta’ Rita Pace u mużika ta’ Glen Vella, il-kanzunetta Issa Żżejjed! kantata minn She2s ġiet ikklassifikata fit-tielet post.
Il-premju speċjali għall-aħjar tema soċjali intrebaħ mill-awtur Joe Chircop bil-kanzunetta M’għandniex ħin, filwaqt li l-kantanta ċkejkna Shannon Muscat rebħet l-aħjar interpretazzjoni bil-kanzunetta ‘Il fejn.
Is-sittax il-kanzunetta finalista kollha kienu ta’ livell gholi u s-serata kienet waħda mill-aktar pjacevoli li nkludiet ukoll talent iehor varjat b’tema Maltija. Dawk kollha li ma kellhomx l-opportunita’ li jaraw il-festival jistgħu jixtru double Cd album li fih jinkludi wkoll il-31 edizzjoni tal-Għanja tal-Poplu li ser ikun trasmess fuq il-programm Showtine is-Sibt 13 ta’ Mejju. Is-Cd tinkludi wkoll ktejjeb bil-lirika kollha tal-kanzunetti, kif ukoll il-kanzunetta Leħen Wieħed interpretata mill-parteċipanti kollha tal-Għanja tal-Poplu żgħazagħ fuq kliem u mużika ta’ Frank ‘O Neill. Dawn is-Cd’s jistgħu jinxtraw mill-ħwienet ewlenin tad-diski, jew mill-Y.T.C. stess bil-prezz speċjali ta’ LM6.
Jipprezentaw il-festival kien hemm Moira Delia u Manwel Xuereb.
Il-votazzjoni kienet imqassma hekk: 67% mill-ġurija esperta li kienet komposta min Vanni Pule’, George Cassola, Albert Friggieri, Phyliss Debono, Christine Farrugia u Joe Formosa. Il-kumplament tal-votazzjoni li kellha saħħa ta’ 33% kienet f’idejn il-pubbliku permezz tat-televoting.
Kanzunetta | Mużika | Kliem | Kantanti | |
---|---|---|---|---|
L-Ewwel Tifla Prim Ministru | Elton Zarb | Rita Pace | Bianca Casha | |
'Il Fejn | Augusto Cardinali | Augusto Cardinali | Shannon Muscat | |
Ħolm Mistur | Andrew Zahra | Paul Callus | Cherise Attard | |
Immortali | Philip Vella | Mario Fenech Caruana | Kurt Galea | |
2ni | Grazzi | Rita Pace | Rita Pace | Brenton Azzopardi |
Fejn Int? | Priscilla Psaila | Dorian Psaila | Raisa Piscopo | |
Dejjem Tagħkom | Glen Vella | Rita Pace | Clive Muscat | |
Fil-Qalba Tar-Raħal | Philip Vella | Alfred C. Sant | Grecia Bezzina | |
Għażliet | Elton Zarb | Alfred Attard | Noylene Attard | |
It-Tifla Mingħajr Tbissima | Marco Debono | Christopher Azzopardi | Domenique Azzopardi | |
1el | Aċċettani Kif Jien | Mark Spiteri Lucas | Christopher Azzopardi | Christabelle Borg |
Fejn Hu L-Logħob Tat-Tfal | Andrew Zammit | Deo Grech | Klinsmann Coleiro | |
M’Għandniex Ħin | Philip Vella | Joe Chircop | Christian Grech | |
Inħobb Ngħix | Rita Pace | Rita Pace | Louanne Caruana | |
3et | Issa Żżejjed! | Glen Vella | Rita Pace | She 2's |
Kliem ta’ Kuraġġ | Andrew Zammit | Deo Grech | Kylie Coleiro |
© 1995-2005 Youth Travel Circle.
Mużika u lirika © l-awturi u kompożituri.
Homepage (disinn, produzzjoni) © Ramon Casha .