Introduzzjoni |
Regolamenti |
Kuntatt |
Rebbieħa |
Parteċipanti kollha |
Isma xi diski (MP3) |
2007 |
2007 żgħażagħ |
2006 |
2006 żgħażagħ |
2005 |
2005 żgħażagħ |
2004 |
2003 |
2002 |
2001 |
2000 |
1999 |
1998 |
1997 |
1996 |
1995 |
Suċċessi |
web: | http://ytc.org.mt/gtp |
email: | gtp@ytc.org.mt |
It-32 edizzjoni tal-Festival L-Ghanja tal-Poplu sar fit-30 t’April waqt is-serata finali tal-Festival tal-Loghob tan-Nar fix-xatt Ta’ Liesse il-Belt Valletta. Il-festival sar f’atmosfera pjacevoli f’ambjent pittoresk imzewwaq bil-loghob tan-nar.
Jikkompetu kien hemm 24 kanzunetta finalista imqassmin f’zewg kategoriji. Kategorija bi tnax il-kanzunetta ghal kantanti adoloxxenti ta’ bejn l-10 u l-15 il-sena, u l-kategorija l-ohra ghal kantanti min 16 il-sena ‘l fuq.
Il-festival ta' kanzunetti Maltin L-Għanja tal-Poplu huwa żgur wieħed mill-iżjed avventimenti mużikali popolari mal-Maltin. Ta' kull sena mill-1973, dan il-festival ippreżenta lill-poplu Malti numru ta' kanzunetti oriġinali mill-isbaħ. Hemm ħafna kantanti illum stabbiliti li bdew il-karriera mużikali tagħhom permezz ta' dan il-festival. Fil-fatt, fil-bidu L-Għanja tal-Poplu kien miftuħ biss għall-membri tal- YTC (l-għaqda li torganizzah) iżda wara infetaħ ukoll għall-pubbliku. Madanakollu il-festival irnexxielu jżomm sens ta' ħbiberija bejn il-parteċipanti - teżisti kompetizzjoni iżda mhux pika.
Mill-bidu tiegħu il-festival inbidel minn attività żgħira bejn il-membri, għal okkażjoni ta' mportanza nazzjonali. Kien hemm diversi ġrajjiet importanti matul l-istorja tiegħu. Fl-1992 ixxandar għall-ewwel darba fuq it-televiżjoni, fl-1995 ħareġ għall-ewwel darba fuq CD u l-kanzunetti tiegħu saru l-iżjed kanzunetti Maltin li nstemgħu fuq il-mezzi tax-xandir. Xi wħud mill-kanzunetti, fosthom "Pajjiż tal-Miki Maws" u "X'Jimpurtani", tista' tgħid li saru parti fil-lingwa Maltija. Fl-1995 ukoll il-festival għamel suċċess kbir fil-Malta Music Awards. Huwa ħa l-premju ta' l-aħjar kompilazzjoni ta' kanzunetti fuq CD, filwaqt li l-kanzunetti kollha nominati għall-aħjar lirika bil-Malti kienu konkorrenti fl-Għanja tal-Poplu.
Fl-Għanja tal-Poplu wieħed isib kemm kantanti stabbiliti, kif ukoll kantanti ġodda. Fil-fatt, ħafna kantanti kellhom id-debut tagħhom f'dan il-festival, u wrew talent kbir. Issib ukoll kull stil ta' kanzunetta fosthom folk, pop, klassiċi u rock.
Waħda mill-affarijiet li tagħmel lill dan il-festival differenti minn oħrajn huwa li tingħata importanza lill-kliem daqs kemm tingħata lill-mużika. B'hekk, il-kompożituri u awturi joħolqu kanzunetti li jkollhom mużika sabiħa u kliem li jolqtuk. Huma kanzunetti li, tismagħhom kemm tismagħhom, jibqgħu jogħġbuk, għax jitkellmu b'lingwa li jifhimha kull Malti.
Ħaġa ohra li żammet lill-festival popolari hi li dan qatt ma kien kummerċjali. L-uniku skop tal-festival huwa li tingħata importanza u promozzjoni kif jixraq lill-kanzunetti Maltin. Fil-fatt, sal-1994 il-festival dejjem sar b'telf. Fl-1995 għall-ewwel darba ġew koperti l-ispejjeż kollha li kienet tagħmel il-YTC sabiex ittella' l-festival.
Il-YTC tixtieq tirringrazzja lill-ħafna persuni li jgħinu lill-festival, u lill-kanzunetta Maltija.
© 1995-2005 Youth Travel Circle.
Mużika u lirika © l-awturi u kompożituri.
Homepage (disinn, produzzjoni) © Ramon Casha .