Introduzzjoni |
Regolamenti |
Kuntatt |
Rebbieħa |
Parteċipanti kollha |
Isma xi diski (MP3) |
2007 |
2007 żgħażagħ |
2006 |
2006 żgħażagħ |
2005 |
2005 żgħażagħ |
2004 |
2003 |
2002 |
2001 |
2000 |
1999 |
1998 |
1997 |
1996 |
1995 |
Suċċessi |
Kliem: |
|
---|---|
Mużika: |
|
Ikantaw: |
|
Fi żmien li jien żgur ma niftakarx
ġo raħal hawn f'art twelidi,
mara qsajra, timxi baxx baxx,
qalb il-ħdura tal-għelieqi
B'basket tal-qasab imdendel f'idejha
min kienet dan ħadd ma kien jaf.
Ħadd ma jażżarda jħares lejha
b'danakollu hi kienet taf.
Minn ġos-sqaq ta' ħdejn il-pjazza
tħaffef hi kienet il-pass.
Tfal joqogħdu kienu għassa,
kif jarawha x'bard kien jinħass.
X'hemm mistur, għidli ftit,
wara il-mara bl-għonnella sewda?
Għidli naqra, għidli Sinjur.
Dan il-kliem jinstema' kull għodwa.
Forsi saħħara, forsi qaddisa,
kulħadd kurjuż, kulħadd anzjuż.
Filgħaxija tmur dejjem il-Knisja,
ħars kienet taqla' hafna bil-gzuz.
Darba insiet il-bieb miftuħ;
jittawwal mar tifel kuraġġuż.
Jistennew barra qishom bil-ġuħ
il-folla kienet ħerqana.. Ġuż!
It-tifel ħareġ mill-bieb mifxul.
Lanqas kelma ma nissel, tafux!
Mara sbejħa, b'xagħarha maħlul,
f'moħħha kellha biex barra ma ddumx.
Issa li r-rahal kollu sar jaf,
taħt dik l-għonnella ħlief ġmiel ma kienx hawn,
rispett sar hemm issa bla tarf -
kulħadd lilha jitbissem sar...
Għidli ftit, x'hemm mistur
wara il-mara bl-għonnella sewda?
Issa naf, iva Sinjur
Dan issa sar jinstema' kull għodwa.
© 1995-2005 Youth Travel Circle.
Mużika u lirika © l-awturi u kompożituri.
Homepage (disinn, produzzjoni) © Ramon Casha .