Introduzzjoni |
Regolamenti |
Kuntatt |
Rebbieħa |
Parteċipanti kollha |
Isma xi diski (MP3) |
2007 |
2007 żgħażagħ |
2006 |
2006 żgħażagħ |
2005 |
2005 żgħażagħ |
2004 |
2003 |
2002 |
2001 |
2000 |
1999 |
1998 |
1997 |
1996 |
1995 |
Suċċessi |
Kliem: |
|
---|---|
Mużika: |
|
Ikantaw: |
|
Mhux veru li biex tifraħ trid tixrob pinta nbid
jew tisraq biex tinqered u togħdos fit-taħwid!
Mhux veru biex tgħix sewwa teħtieġ villa villun
mimlija bl-aqwa għamara u forsi xebgħa djun!
Mhux veru ż-żgħażagħ tagħna jogħxew fil-ħmerijiet
eluf bla daqq ta' trombi jmexxu bost' għaqdiet.
Mhux veru illi l-ħabsi bilfors bniedem mill-agħar
u x'jaħti jekk f'żgħożitu ma sabx imħabba d-dar?
Ma sabx imħabba d-dar, ma jafx b'futur aħjar,
mit-taġen għal ġo n-nar
Mhux veru l-Knisja f'Malta tal-fided, deheb u ġid:
rajt patri 'l bogħod minn artu idewwi fqir marid.
Mhux veru il-politka hi ħobż għall-ambizzjuż:
jekk temmen f'ideali tissielet kuraġġuż.
Mhux veru l-impjegati Tal-Gvern fil-logħob jedhew
hemm ħafna ddedikati u xogħolhom jagħmluh sew!
Mhux veru illi ż-Żwieten xi qatta kriminali:
dawn nies ilkoll minn tagħna, Maltin, bħalek u bħali!
Maltin bħalek u bħali, għax ħadd ma hu speċjali.
firdiet artifiċjali u banali.
Mhux veru li fil-festi il-ġieħ għall-Qaddisin,
erħilna kemm infaħħru lill-banda w il-każin!
Mhux veru li biex turi li int għandek raġun
tinfexx titgħajjar, tidgħi, tilgħabha ta' Samsun!
Mhux veru l-partit tagħna magħmul mill-qaddisin
u dawk tan-naħa l-oħra xi ċorma xewwixin!
Xi ċorma xewwixin... jaħasra x'waħda din!
© 1995-2005 Youth Travel Circle.
Mużika u lirika © l-awturi u kompożituri.
Homepage (disinn, produzzjoni) © Ramon Casha .