L-Iben il-Hali

Kliem: Felicienne Fenech Caruana
Mużika: Marie Louise Vella
Ikantaw: Incorvaja Sisters

Ismagħni... imqar darba biss
Fittixni... ejja nkiss inkiss!
Smajt... kemm ma' shabek ixxalajt!
Rajt... kemm-il demgha ixxuttajt...
kemm inkwetajt!

Ersaq lejja,
ħdejn ħaddejja,
tini jdejk, żommni ħdejk;
Din id-dinja - bir tas-skieken - kollha qerq!
Temminhomx; in-nagħaġ la tafdahomx!

Erġa' lura d-dar illejla!
Nibqgħu dejjem nistennewk.
Aħrabhom il-ħbieb taparsi,
dawk li l-velenu sqewk!

Idħol strieħ fil-kwiet illejla!
Tibqax toħlom fis-smewwiet.
Illum l-alla falz jidħaklek,
biex imbagħad jagħmlek irmied.

Waħda biss kienet l-art imwiegħda.
Ma kienx fiha sħarijiet.
Qatt ma kellha xjaten jiżfnu,
ma kinitx taż-żinnijiet!

Mhux bilfors timxi mal-moda.
Tiblax kull ma joffrulek.
Tiffissax fil-ward u z-zahar:
l-ebda triq m'hi tat-tajjar

Erġa' lura d-dar illejla...

Idhol strieh fil-kwiet illejla...