Viva t-Tgergir

Kliem: Joe Chircop
Mużika: Renato Briffa
Ikantaw: John Bundy

Kull poplu zgur jintgharaf
minn kif ruhhom igibu n-nies,
jew mill-kulur tal-gilda
inkella bl-istil tal-ilbies;

Hekk jintgharfu l-Iskoccizi li jilbsu d-dublett,
it-Taljani ghax jieklu l-ghagin,
l-Inglizi ghall-birra biex jixorbu maghrufin;
nghidilkom minn xiex jaghrfu l-Maltin:

Ganni igerger bis-shana,
Marì tishet ix-xita niezla.
Min jahdem, "imbierek il-ghazz",
min ma jahdimx, "viva il-biezla"!
Shana jew bard, sahha jew mard.
Jahraq ix-xewk, jinten il-ward.
Sinjur jew fqir, iz-zghir u l-kbir.
Jekk dritt jew dmir, viva t-tgergir!

Ingergru kontra l-Knisja.
Neqirdu anke kontra l-Gvern.
Li haj kien ghadu Dante,
fuqna jiddeskrivina nfern.

X'gharukaza kif saru johorgu it-tfajliet,
ma jistghu jaraw l-ebda qalziet.
U l-guvintur sar m'ghandhom rispett lejn hadd -
dawn gharajjes dejjem u zwieg qatt!

Ahna l-Maltin ingergru wisq,
ma nafux niehdu id-dinja b'cajta.
Nahsbu li b' cima marbutin
meta mdendlin minn rasna b'hajta!
Tinkwietaw xejn - m'ghandkomx ghalfejn.
Min ghandu d-dejn ghal elf elfejn
Sinjur jew fqir, hudu l-parir,
F'daz-zmien qasir, naqqsu t-tgergir.

Kburin ghall-ospitalità,
li nafu naghtu lill-barrani.
Jekk naghrfu nnaqqsu it-tgergir,
kull Malti zgur li jghix ferhani.
Ma ngergru qatt b'taxxa jew VAT,
jigri li jrid, qatt tkun imqit.
Huti Maltin - kull cittadin,
li jrid ha jsir, Viva t-Tgergir!