Introduzzjoni |
Regolamenti |
Kuntatt |
Rebbieħa |
Parteċipanti kollha |
Isma xi diski (MP3) |
2007 |
2007 żgħażagħ |
2006 |
2006 żgħażagħ |
2005 |
2005 żgħażagħ |
2004 |
2003 |
2002 |
2001 |
2000 |
1999 |
1998 |
1997 |
1996 |
1995 |
Suċċessi |
Kliem: |
|
---|---|
Mużika: |
|
Ikantaw: |
|
Qatt kont tahseb kemm ahna razzjonali
ghax inhaddnu skoss principji liberali
nghagnu biz-zmien idejat il-poplu Malti
u d-drawwiet li kienu w jibqghu popolari.
Qisna mtaten fuq it-toroq u l-highways
ir-reserved u l-istop signs qatt ma swew
bis-sewqan tlikki tlikki fuq il-fast lane
u c-citazzjonijiet id-dar qatt ma gew.
Mhux problema jekk inqabbzu l-arlogg tad-dawl
mix-xoghol naghmlu fotokopji jew xi fax
u nikklejmjaw naqra izjed mill-insurance
tghid ninqabdu jekk inbabsu fl-income tax?
Viva l-valuri ghonja, demokrazija f'socjetà,
materjalizmu w konsumizmu fuq sisien il-libertà.
Nisrani tajjeb mar il-Knisja biex jixtarr il-verità
u sema lehen jidwi, viva r-razzjonalità.
Kemm ahna razzjonali,
b'dal-principji liberali.
Sirna esperti nazzjonali.
Kemm se nsiru popolari!
Qatt hlomt tibni dwejra ckejkna f'nofs il-Gnejna
u mal-bidwi naghmlu ftit tal-ikkurdar
jew jekk tiftah bieb go propjetà skedata
tghid jinduna l-ufficjal tal-ippjanar.
U biex taghna tibqa' l-isbah fost il-btiehi
inhottu l-gebel mill-irziezet u l-eghlieqi,
xi statwetta, hawt u herza jew xi xorok,
is-sejjieh, il-gagazza u xi xtieli.
U jekk ix-xiha naf li issa waslet fl-ahhar
immur inzejjel naqra biha ta' kuljum
biex nara x'sold jien nista' nisloh minnha
u thallili l-post x'ingawdi bla ma ndum.
Kemm ahna razzjonali...
Mhux l-ewwel darba ndahhal noti ghall-ezami
biex niffranka xi domanda ferm banali.
Nqatta' l-pagni w nahbi l-kotba l-librerija,
b'hekk biss jien nibqa' dejjem intellettwali.
Viva l-liri ha ndabbruhom naqra zejjed
sarrafhom f'gid u fuq kollox kuntentizza
naghsru lic-ckejken jew xi turista gwejjed
bil-flus tahlef li tinheles mill-gustizzja.
U l-kunsill habrieki jmexxi l-petizzjoni
ghax ingabru l-firem kollha tal-girien
b'telefonati w ittri anonimi xi hadd jhedded,
Jara x'jaghmel u jwahhalulhom ghall-gejjien.
Viva l-valuri ghonja...
Kemm ahna razzjonali...
© 1995-2005 Youth Travel Circle.
Mużika u lirika © l-awturi u kompożituri.
Homepage (disinn, produzzjoni) © Ramon Casha .