Il-Maltin

Kliem: Joe Demicoli
Mużika: Joe Demicoli
Ikantaw: Joe Demicoli

Marija il-Maltija l-ewwel tfajla li habbejt -
Qatt ma kont daqshekk ferhan.
Fil-pjazza tar-rahal wied ta' dmugh jiena bkejt
Ismaghhom xi gralu ja bahnan.
Ghadni niftakar fik u naf ghalfejn,
Fejn thobb il-qalb jimxu r-riglejn
Ftakar zmien l-imghoddi u l-Maltin.
Ftakar zmien l-imghoddi u l-Maltin.

L-ahhar bidwi f'Wied il-Ghasel refa' il-mohriet
Hafna xoghol ma jghoddx ghalina
L-Ghannej mar il-Blue Lagoon xalata mat-tfajliet
U sab fjura fil-kantina
B'taxi Mary gew tlet ghazzenin
Fit-tieg tan-neputija mistednin
Ftakar zmien l-imghoddi u l-Maltin.
Ftakar zmien l-imghoddi u l-Maltin.

X'sar mill-holm li hlomna flimkien
Ar' kif kollox jinbidel maz-zmien
Iggarraf il-hajt tas-sejjieh
Toni l-landier kulhadd nesieh
Il-karozzin qed jilghab mad-destin.
X'sar mill-kampanjol?
Id-dinja qabditha allergija ghall-bnedmin
u l-lift tal-barrakka spicca wkoll.

Xi stil il-buznanna, il-buznannu ghadu jrid -
x'ghandna mid-dinja sinjur!
Qalu li raw lill Zepp u Grezz mexjin id f'id
Filghodu kmieni zgur zgur zgur.
Cetta from Valletta ghandha stress
Rozamarì ghandha l-istess
Ftakar zmien l-imghoddi u l-Maltin.
Ftakar zmien l-imghoddi u l-Maltin.

X'sar mill-holm li hlomna flimkien
Ar' kif kollox jinbidel maz-zmien
Iggarraf il-hajt tas-sejjieh
Toni l-landier kulhadd nesieh
Siehbi Kurun ghalaq il-hanut.
Il-parrukkier mistrieh
Il-kaccatur kemm hu batut;
l-ghasfur tal-bejt qal "ghall-erwieh"

Il-banda ta' Ndrì zarmat, anke l-vapur ta' l-art
Toninu s-sajjied kiel il-hut.
Il-mara bl-ghonnella sewda ghebet mit-triqat
X'sar minn Zabbarija t-Tut.
Ghandi l-ittra tal-kugin Giljan
Ritratt ta' Censu l-Malti w Katarin.
Kif qatt nista' nerga nsir ferhan
Kemm kastelli fl-arja tul is-snin
Album tar-ritratti...
Ftakar zmien l-imghoddi u l-Maltin.