Awissu

Kliem: Walter Micallef
Mużika: Walter Micallef
Ikantaw: Walter Micallef

Shana, rih isfel u gdim tan-nemus -
nixtri airconditioner li kelli l-flus,
forsi norqod ahjar...
Uff xi dwejjaq f'din id-dar!

Mhux li kont taht xi palma f'xi blue lagoon
ramel bhat-terra, r-riklam hekk ikun
u b'xi tfajla tal-genn tisqini ir-rum, u ftit 'il hemm
id-dghajsa tal-qlugh... fuq il-bajja m'hemmx ruh.

Shana u gharaq u qtugh ta' nifs,
nonfoh u nsabbat - taqbizli spiss.
Min ihobb dan l-istagun
Zgur li iblah jew mignun!

Shana, murtali tal-hoss u l-kulur
kullimkien iffullat - m'ghandekx fejn iddur,
riha ta' zjut u bombi tal-ftuh...
Huduni fil-bajja fejn m'ghadx hemm ruh
ghajr it-tfajla tal-genn,
tisqini ir-rum u ftit 'il hemm
id-dghajsa tal-qlugh
u fuq il-bajja m'hemmx ruh.

Shana, rih isfel u gdim tan-nemus.
Tiskanta kif hawn min ihallas il-flus
biex jigi f'dat-tidlik.
Tiddejjaq gharwien ahseb w' ara jekk t***.

Shana, ghatx kbir li tixrob gallun,
zaqqek tintefah issir qisha ballun.
Bi nhar idur ghalik id-dubbien,
bil-lejl ittajjar fuqek wirdien.

Shana li tqabbdek tant hakk u tingiz,
riha ta' qrusa u gharaq mal-qmis
tiekol mill-anqas ghax hafna tarmih
u m'hemmx li jaqleb xi naqra r-rih.

Shana, rih isfel u gdim tan-nemus -
nixtri airconditioner li kelli l-flus,
forsi norqod ahjar...
Uff xi dwejjaq f'din id-dar!
Mhux li kont taht xi palma f'xi blue lagoon
ramel bhat-terra, r-riklam hekk ikun
u b'xi tfajla tal-genn tisqini ir-rum, u ftit 'il hemm
id-dghajsa tal-qlugh... fuq il-bajja m'hemmx ruh.
Id-dghajsa tal-qlugh.