Fantasiji

Kliem: Mark Doneo
Mużika: Mark Doneo
Ikantaw: Louise Doneo

Tep, tep, tep dawl dehebi - minn hawn il-kwiekeb tista' tiehu b'xejn.
Tek, tek, tek - nismaghhom jinggabu l-friefet kif joqrob il-lejl.
Ghandi seba' jdejn u qlub bil-gzuz
Nista' nghinek, nista' nhenn ghalik illum (jekk trid).
Nista' nghinek jekk thallini nohlom ftit.

Ejj' ghinni nohlom b'rih li jghaqqad l-ibhra,
Jitma miljuni, jixghel fejn m'hemmx dawl,
Ejj' ghinni nohlom b'kwiet madwar id-dinja,
b'fantasiji li gejjin hawn.

Itaptap fuq spallejja l-gwejnah hekk kif intir fuq kontinent.
Infarfar minn ghajnejja demghat li jiksu r-ramel tad-dezert.
Rajt sema tintemm, shab kull kulur, kuljum.
Nista' nghinek, inhenn ghalik illum (jekk trid).
Nista' nghinek. Hallini nihlom ftit, nohlom ftit

Ejj' ghinni...

Kemm hlomt b'fantasiji sbieh mixghela;
Kemm domt nara!
Kif qomt! Inhoss ksieh u guh u ghira ghal min hu - naf sew -
Halliem tassew.

Ejj' ghinni nohlom b'rih li jghaqqad l-ibhra,
Jitma miljuni, jixghel fejn m'hemmx dawl,
Ejj' ghinni nohlom b'kwiet madwar id-dinja,
b'fantasiji mhux gejjin hawn.
b'fantasiji mhux gejjin hawn.