It-Tijatru

Kliem: Enzo Gusman
Mużika: Enzo Gusman
Ikantaw: Enzo Gusman

Ghandna mitjar wisq sabih, il-port hieles lestejnih
Radjijiet, stazzjonijiet televizivi.
Ghandna l-plastik flok il-flus, tghidx kemm il-hanut lussuz
Ristoranti kemm Maltin, kif barranin.

U t-tijatru ghadu mwaqqa' - ilu sittin sena rmied.
Gvernaturi, Presidenti, tant Ministri kulhadd ried
Ifejjqilna din il-pjaga li tfakkarna f'zminijiet
horox, qliel u ta' tbatija illi minnhom Malta ghaddiet.
Dalwaqt jibda' seklu iehor u t-Tijatru ghadu rmied.

Mobile phones, cable TV, compact discs ta' dak u din,
kemm karozzi godda hierga bhall-pastizzi.
Dal-pajjiz tassew modern, lest li jbiddel anke l-Gvern
biex jakkwista li jixraqlu jew jixtieq.

U t-tijatru ghadu mwaqqa'...

Bnewh majestuz... sejjhulu Rjali.
Illum aghar minn maqjel tal-majjali
nistedinkom ilkoll biex taghmlu bhali
u titolbu 'l min jikkmanda biex jibnieh.
Morru itolbu 'l min jikkmanda biex jibnieh;
morru okorbu 'l min jikkmanda.

U t-tijatru ghadu mwaqqa', ilu sittin sena rmied.
Petrol, diesel w elf hag' ohra, anke tal-bniedem hnizrijiet!
L-aqwa li kulhadd jipparkja, x'ghala biebna mill-ghanjiet
tas-soprani w tat-tenuri li paxxew tant lin-nanniet
Flok l-artisti w ballerini hemm karozzi w vannijiet
Dalwaqt jibda seklu iehor, U T-TIJATRU GHADU RMIED!