Introduzzjoni |
Regolamenti |
Kuntatt |
Rebbieħa |
Parteċipanti kollha |
Isma xi diski (MP3) |
2007 |
2007 żgħażagħ |
2006 |
2006 żgħażagħ |
2005 |
2005 żgħażagħ |
2004 |
2003 |
2002 |
2001 |
2000 |
1999 |
1998 |
1997 |
1996 |
1995 |
Suċċessi |
Kliem: |
|
---|---|
Mużika: |
|
Ikanta: |
|
Isma' parti qasira: | |
Isma' l-kanzunetta: |
Xmara ta' kliem
li tibda minn filgħodu
U tibqa' sejra
sakemm jerġa' jisbaħ.
L-aħbarijiet
il-ġabra tal-ġurnali
il-breakfast show
il-pawsa għar-reklami
il-kelma tat-tabib
il-kant u r-rimi
ngħinukom biex issiru
koki primi.
Kif trabbi t-tfal
U żżomm familja soda
fejn tmur il-qalb
l-ilbies ta' l-aħħar moda
nuruk kif tagħmel kejk
Jew twaħħal bozza
U għada kif iżżarma
il-karozza.
Ahna li ma mmorrux
fuq Xarabank
aħna li ma nidhrux
fuq Bla Aġenda,
aħna li ma nċemplux
biex ngħidu prosit tal-programm,
aħna li m'aħna qatt
Protagonisti.
Aħna bħal fjura
li tikber taħt id-dell
ta' siġra kbira
Aħna li ma ngħidux
ħlief iva u le
kull meta jistaqsuna
aħna noqogħdu biss
kif iqegħduna
aħna bħal werqa
titbandal ma' kull riħ
li taqa' mingħajr ħoss
bla ħadd jinduna.
Weġibni sew,
baqagħlek sitt sekondi,
qed jistennewk
mitt lira tondi tondi.
Rigal li tar mar-riħ -
hekk sejra d-dinja;
naraw daqsxejn min għandna
fuq il-linja.
© 1995-2005 Youth Travel Circle.
Mużika u lirika © l-awturi u kompożituri.
Homepage (disinn, produzzjoni) © Ramon Casha .