Introduzzjoni |
Regolamenti |
Kuntatt |
Rebbieħa |
Parteċipanti kollha |
Isma xi diski (MP3) |
2007 |
2007 żgħażagħ |
2006 |
2006 żgħażagħ |
2005 |
2005 żgħażagħ |
2004 |
2003 |
2002 |
2001 |
2000 |
1999 |
1998 |
1997 |
1996 |
1995 |
Suċċessi |
Kliem: |
|
---|---|
Mużika: |
|
Tkanta: |
|
Isma' parti qasira: |
Qrajt... u erġajt qrajt
U d-demgħa ixxuttajt;
Ma ridtx nemminha din l-aħbar
Il-lejl għalik inbidel f'nhar
fl-aħħar sibt id-dar!
Niftakrek għadek ġej
Għajjien mejjet, kważi b'xej';
Ġej mill-bogħod
Fil-bard tirtogħod,
Ħosbien... iżda b'leħen sod.
Ħasbuk xi kriminal
Sa ma raw f'għajnejk fanal,
Fjamma tnin
...mingħajr destin
Rubin... f'qalb ta' klandestin
f'qalb ta' klandestin!
Jinbidlu ż-żminijiet
Għad jinbidlu l-liġijiet;
Dalwaqt..
Jingħaqdu l-artijiet.
Jinbidlu għad l-ilwien
Għad jinfetħu il-bibien
Tinsiex...
Int gawhra tal-ħolqien!
Sejhulek "refuġjat"
U sejhulek "eżiljat"
"Turufnat"
U "żvinturat"
Min jaf... forsi raw fatat?!
Ħallejt warajk villaġġ
Biex stajt taqbad dan fl-vjaġġ;
Kemm tkagħbart
Bejn sema u art!
Kemm bżajt... kemm tlabt U ttamajt!
...kemm tlabt u ttamajt!
Jinbidlu ż-żminijiet
Għad jinbidlu l-liġijiet;
Dalwaqt...
Jingħaqdu l-artijiet.
Jinbidlu għad l-ilwien
Għad jinfetħu il-bibien
Tinsiex...
int ġawhra tal-ħolqien!
Għidilna fejn staħbejt
U għidilna kemm sofrejt,
Kemm taqtigħ
U kemm uġigħ!
Bla pajjiż... tiġri bla mistrieħ!
Taħsibx fuq dak iż-żmien
Issa ħabrek għall-ġejjien,
Taħlix ħin
Tibqax miskin!
Kuraġġ... int m'intx klandestin!
Le, m'intx klandestin.
Jinbidlu ż-żminijiet
Għad jinbidlu l-liġijiet;
Dalwaqt...
Jingħaqdu l-artijiet.
Jinbidlu għad l-ilwien
Għad jinfetħu il-bibien
Tinsiex...
int ġawhra tal-ħolqien!
Qrajt... u erġajt qrajt,
u d-demgħa ixxuttajt;
Ma ridtx nemminha din l-aħbar
Il-lejl għalik inbidel f'nhar
fi-aħħar sibt id-dar!
fl-aħħar sibt id-dar!
© 1995-2005 Youth Travel Circle.
Mużika u lirika © l-awturi u kompożituri.
Homepage (disinn, produzzjoni) © Ramon Casha .