Introduzzjoni |
Regolamenti |
Kuntatt |
Rebbieħa |
Parteċipanti kollha |
Isma xi diski (MP3) |
2007 |
2007 żgħażagħ |
2006 |
2006 żgħażagħ |
2005 |
2005 żgħażagħ |
2004 |
2003 |
2002 |
2001 |
2000 |
1999 |
1998 |
1997 |
1996 |
1995 |
Suċċessi |
Kliem: |
|
---|---|
Mużika: |
|
Ikantaw: |
|
Isma' parti qasira: |
Inkitbu volumi u parċmini..
Min jaf kemm issawru ġrajjiet?
Kemm trabi intgħaġnu f'ġuf ommhom?
Kemm trabi inqerdu fis-skiet?!
Inbnew opri kbar daqs muntanji
u tar l-ajruplan... fis-smewwiet!
Inhakem l-ispazju u l-qamar;
Min jaf kemm-il sfida rnexxiet!
Arahom kemm iżiġġu fis-sema bil-lejl!
Arahom kemm qed jiddu kburin!
Arahom qed jifirħu bi ġmiel il-ħolqien:
Ismagħhom xi jdoqqu l-vjolin!
Ejjew halli nqallbu dan l-album mill-ġdid,
L-arkivji tan-nisel uman:
Turrun ta' ritratti, gelgul tifkiriet...
Millenju li waqqa' l-ħitan!
Intirtu ġojjelli u djamanti,
Kastelli, palazzi, dwejriet;
Intirtu eluf ta' misteri,
Intirtu d-drawwiet tan-nanniet!
Infetħu l-bibien u l-fruntieri,
Ingħaqad il-Lvant mal-Punent;
Il-Ġenna ta' l-Art baqgħet ħolma,
It-tempju bidluh f'monument!
Arahom kemm iżiġġu fis-sema bil-lejl
Arahom kemm qed jiddu kburin!
Arahom qed jifirħu bi ġmiel il-ħolqien:
Ismagħhom xi jdoqqu l-vjolin!
Ejjew ħalli nqallbu dan l-album mill-ġdid,
L-arkivji tan-nisel uman:
Turrun ta' ritratti, gelgul tifkiriet...
Millenju li waqqa' l-ħitan!
Għaddew elfejn sena minn Betlem,
Trabbew bil-miljuni l-ħlejqiet,
Feġġew l-anġli jittajru fis-sema...
Stema' l-kant, stemgħu jidwu l-għanjiet!
© 1995-2005 Youth Travel Circle.
Mużika u lirika © l-awturi u kompożituri.
Homepage (disinn, produzzjoni) © Ramon Casha .