Faraġ ta' Xejn

Kliem: Joe Julian Farrugia
Mużika: Rénè Mamo
Ikanta: Mark Tonna
Isma' parti qasira:
Isma' l-kanzunetta:

Kien għadu żgħir, hekk kif ħalla l-iskola xtaq jaqbad impieg f'xi proġett
Kif sab l-ewwel xogħol, kien ferħan; jgħin fil-bini ta' stabbiliment mill-kbar nett.
Kien jobdi 'l ta' fuqu, qalulu biex jitla' fil-għoli bla xejn kien marbut,
u ċeda xi xogħol, baqa' nieżel, għalxejn ġew jgħinuh għax malajr rawh imut.
Kemm ġew ġurnalisti, rapporti, ritratti għalxejn l-inċident jistħarrġuh.
Illum il-proġett kemm irnexxa, kulħadd donnu nesa' d-destin taż-żagħżugħ.

Iehor kien tgħallem is-snajja' meħtieġa, l-ghejxien ried li jkunlu aħjar.
Mar tajjeb fi-eżami u stinka biex jaqta' dix-xewqa u dahal tarznar.
'Mma darba fuq mirkeb xi haġa mhix sewwa kkawżat il-mument tat-twerwir;
instemgħet spluzjoni u kien wieħed minnhom, minn disgħa bla ħajja f'baċir.
Ġew l-għola kbarat biex ħaduhoin bil-banda kixfulhom ukoll monument.
Perikli għad hemm, ftit li xejn sar biex tnaqqsu, għal ġildek trid toqgħod attent.

Dawn m'humiex stejjer tal-films jew xi ktieb.
Dawn ġraw madwarna lill-qraba u 'll-hbieb
Tista' l-kuxjenza tistrieh b'dan il-ħsieb?
qisu qatt ma kien xejn?

Wieħed barrani bil-ġilda sewdiena li twieled f'pajjiż Afrikan
ħadulu xi kemxa, ġabuh f'dgħajsa żgħira, fid-dalma bil-moħbi beżgħan.
Xtaq ħajja diċenti u ħalla pajjiżu, lill-aktar għeżież bla ma jrid.
Sab f'artna xogħol iebes ma' wieħed imgħallem u beda jitħallas bil-ftit.
X'ħin sidu fettillu, keċċieh bla raġuni u spiċċa, minn fuq, rappurtat.
Qabditu l-Ġustizzja, bih għamlu xalata, bagħtuh jiġri 'l hemm deportat.

Dawn m'humiex stejjer tal-films jew xi ktieb.
Dawn ġraw madwarna lill-qraba u 'll-hbieb
Tista' l-kuxjenza tistrieh b'dan il-ħsieb?
qisu qaft ma kien xejn?

Dawk il-familji li ħsiebhom miġruħ,
tal-Afrikan, it-tarznar u ż-żagħżugħ.
mingħajr ġustizza nixfilhom id-dmugħ
mingħajr faraġ, ta' xejn.