Introduzzjoni |
Regolamenti |
Kuntatt |
Rebbieħa |
Parteċipanti kollha |
Isma xi diski (MP3) |
2007 |
2007 żgħażagħ |
2006 |
2006 żgħażagħ |
2005 |
2005 żgħażagħ |
2004 |
2003 |
2002 |
2001 |
2000 |
1999 |
1998 |
1997 |
1996 |
1995 |
Suċċessi |
Kliem: |
|
---|---|
Mużika: |
|
Tkanta: |
|
Isma' parti qasira: |
Ħassitha mżebilħa,
u sfruttata,
Aktar ma għaddew il-jiem,
Aktar skartata.
Għalxejn imliet madwarha b'ħafha ilwien,
Għalxejn imħabbitha sawret fi ġnien.
Ħasbet biex titlaq il-bogħod,
Nisġa ġdida tibni bil-mod.
Sejħet il-ħlejjaq madwarha
Ħa jmorru jgħixu fil-ġdida darha.
U telqu il-friefet,
u telqu in-nahal.
Ġurati, ir-rettili,
sa l-għasafar.
u telqu id-dniefel,
Telqu l-ħut
Il-fkieren tal-baħar,
sa l-iċken tad-dud.
u anke il-fjuri,
saħansitra is-siġar.
Flimkien kollha rħewlha,
Lejn il-qamar.
Dalam u sebah,
Wasal il-jum.
Il-bniedem sab ruħu,
Issa waħdu kuljum.
Jinkwieta hu ħaseb ma kellux għalfejn.
Bil-flus, teknoloġija kellu imnejn
Jgħix għal rasu x'jimpurtah
Mill-ħlejjaq li abbandunawh.
'Ma n-nisġa li minnha infatam
Ħallietu għeri, induna x'ħin qam.
U telqu il-friefet,
u telqu in-nahal.
Ġurati, ir-rettili,
sa l-għasafar.
u telqu id-dniefel,
Telqu l-ħut
Il-fkieren tal-baħar,
sa l-iċken tad-dud.
u anke il-fjuri,
saħansitra is-siġar.
Flimkien kollha rħewlha,
Lejn il-qamar.
U il-bniedem ħares,
kollu ħosbien.
Ra l-qamar mimli,
x'armonija, x'ilwien.
u 'l barra maqtugħ minn nisġa tagħhom
Intebaħ li ma setax jgħix mingħajrhom.
© 1995-2005 Youth Travel Circle.
Mużika u lirika © l-awturi u kompożituri.
Homepage (disinn, produzzjoni) © Ramon Casha .