Il-Karrakka

Kliem: Mario F. Caruana
Mużika: Renato Briffa
Ikanta: Triccas
Isma' parti qasira:
Isma' l-kanzunetta:

Tlaqna l-Belt,
Ma' tal-linja jaqbillek;
Ix-xufier...
Kemm hu ħelu man-nies!
xi kultant jarma jdoqq ir-radju jew l-istereo:
Iżda xi kultant
Jagħtiha għall-kant!

Fuq l-istage,
Raġel xwejjaħ irejjaħ;
Baqa' l-art
Għax qalulu "full up"!
il-qanpiena ddoqq fil-pront
u tqajjem pandemonju:
Min bħal mogħża jqum
u min idum!

Waqt il-vjaġġ tistħajlek f'avventura,
Tisma' xi rumanz jew xi praspura;
Taqbeż ma' kull skoss jew rankatura...
Sa ma jfiġġ il-kunduttur
Bilkemm jista'jdur
fil-kuritur!
"Kunduttur"... tisthajlu l-professur!

Kaxxa ġenna!
Tal-beritta bin-nervi:
Il-biljett
Barmu sew f'sigarett...
Biċ-ċaqliq, il-ħġieġ jirtgħod
u ddaħħan iċ-ċumnija;
Viva n-nugrufun
Tal-pampalun!

Dawra tond...
Dorna dawradurella;
Żamm il-brejk
Ta' quddiem jiġi ħdejk;
Daqq il-ħorn għal darba tnejn
Kif lemaħ tfajla taqsam,
Saffar bħal għasfur...
Jew kaċċatur!

Għall-erwieħ!
Dlonk wasalna sal-venda;
Kullħdd qam,
Beda jżaqżaq l-injam.
il-kaptan ferħan se jtir
Għax qeda dmiru tajjeb,
Spiċċa t-teatrin
Tagħna l-Maltin!

Waqt il-vjaġġ tistħajlek f'avventura,
Tisma' xi rumanz jew xi praspura;
Taqbeż ma' kull skoss jew rankatura...
Sa ma jfiġġ il-kunduttur
Bilkemm jista'jdur
fil-kuritur!
"Kunduttur"... tisthajlu l-professur!

M'għandhiex ġurnata frank...
Di'l-"Karrakka-xarabank"!