Introduzzjoni |
Regolamenti |
Kuntatt |
Rebbieħa |
Parteċipanti kollha |
Isma xi diski (MP3) |
2007 |
2007 żgħażagħ |
2006 |
2006 żgħażagħ |
2005 |
2005 żgħażagħ |
2004 |
2003 |
2002 |
2001 |
2000 |
1999 |
1998 |
1997 |
1996 |
1995 |
Suċċessi |
Kliem: |
|
---|---|
Mużika: |
|
Ikanta: |
|
Isma' parti qasira: |
Qatt għaddielek minn ġo moħħok kemm tassew jiswew il-ħbieb?
Jekk għal min hu l-aqwa jħawwel liġi hemm biss fuq il-ktieb;
min jivvinta l-ġlied tas-sriedaq jew tal-klieb kull nhar ta' Ħadd?
Ma tafx biss il-pulizija għax mill-bqija jaf kulħadd.
Jekk minn barra tmur timporta x'erba' vrieden għall-insib,
għid burdell se jilqgħek l-airport fost klieb jiġru u taqlib;
u kif tinxef u tiskanta kemm għaż-żgħir hemm liġi dritta,
waqt li kawża ta' min f'saħħtu tmut fuq ommha għax preskritta.
Biex pajjiżna jkun paxxut ma jiswiex tneħħi l-għanqbut,
jeħtieġ naqbdu l-brimba l-kbira u jkun jonqos biss tfarfira;
min setgħan il-poter għandu ismu qatt ma jkun mimsus,
u min f'saħħtu għax iħallas lil kulħadd jixtri bil-flus.
Jekk għaċ-ċittadin komuni kulħadd lest jarmi l-ispark,
l-aqwa naqbdu l-iżgħar goldfish u nħalluh iħuf lix-xark;
bla qaddis ma tmurx il-ġenna u bla ħbieb ma tagħmel xejn,
min kien ħaqqu jeħel sena forsi jeħel daqs xahrejn.
Santa Rita taqla' l-grazzji min jaf x'jagħmel San Alwiġi,
għal xi whud hemm il-ġustizzja l-oħrajn huma 'l fuq mil-liġi;
aħjar inrażżan ilsieni ma nikxifx l-idejn moħbija,
jekk jitwebblu jarrestawni jagħmlu x-xow tas-seklu bija.
Biex pajjiżna jkun paxxut ma jiswiex tneħħi l-għanqbut,
jeħtieġ naqbdu l-brimba l-kbira u jkun jonqos biss tfarfira;
min setgħan il-poter għandu ismu qatt ma jkun mimsus,
u min f'saħħtu għax iħallas lil kulħadd jixtri bil-flus.
© 1995-2005 Youth Travel Circle.
Mużika u lirika © l-awturi u kompożituri.
Homepage (disinn, produzzjoni) © Ramon Casha .