Introduzzjoni |
Regolamenti |
Kuntatt |
Rebbieħa |
Parteċipanti kollha |
Isma xi diski (MP3) |
2007 |
2007 żgħażagħ |
2006 |
2006 żgħażagħ |
2005 |
2005 żgħażagħ |
2004 |
2003 |
2002 |
2001 |
2000 |
1999 |
1998 |
1997 |
1996 |
1995 |
Suċċessi |
Kliem: |
|
---|---|
Mużika: |
|
Ikantaw: |
|
Isma' parti qasira: |
Minn filgħodu qabel ir-radd tas-salib,
lanqas tilħaq tieħu kafè bil-ħalib;
Fuq ir-radju, fil-ġurnal,
Barra t-triq jew f'Putirjal,
Bir-rekiami tħossok qiegħed f'karnival.
Sigaretti kulfejn tħares mal-ħitan;
Ċikkulati li jagħmluk aktar ferħan;
Kemm hu tajjeb dak l-għaġin!
Dan il-ġobon kemm hu bnin!
X'togħma għandha l-mortadella, mistagħġbin!
Ferneżija ta' riklami
Tħoss id-dinja qiegħda ddur;
Tistħajlek qiegħed f'nofs iċ-ċirklu
spettatur!
Propaganda ddoqq l-iskotti!
Donnu kollox programmat,
u l-imsejken Ċikku l-Poplu
rassenjat!
It-turisti kemm jilgħaqu dal-ġelat!
Bis-sustanzi tħossok b'saħħtek daqs il-blat!
Mela ixrob dan l-inbid,
Ħawwar sew dan il-mazzit,
Iftaħ landa tonn taż-żejt u kul kemm trid!
Skond l-istampa, dil-karozza ajruplan...
Is-sewwieq jistħajlu komdu fuq sufan;
Magna lussu, kollox fin,
Tofroq toroq imħarbtin
U ffranka sija l-petrol, sija l-ħin!
Ferneżija ta' riklami
Tħoss id-dinja qegħda ddur;
Tistħajlek qiegħed f'nofs iċ-ċirklu
spettatur!
Propaganda ddoqq l-iskotti!
Donnu kollox programmat,
u l-imsejken Ċikku l-Poplu
rassenjat!
Biex iżżejjen tagħtik rasek fejn se tmur
Għax it-twapet u l-purtieri kull kulur;
Balavostri ta' l-injam,
Sottospekkju kollu rħam,
Kemm ileqqu dal-gandlieri lewn ir-ram!
Kemm hi moda dil-ġakketta tal-bellus!
Kif tindanna tixtieq tixtri u m'għandekx flus;
Qomos, dbielet tas-satin!
Kemm hu ħelu l-manikin!
Irrid libsa bhar-ritratt tal-figurin!
Ferneżija ta' riklami
Tħoss id-dinja qegħda ddur;
Tistħajiek qiegħed f'nofs iċ-ċirklu
spettatur!
Propaganda ddoqq l-iskotti!
Donnu kollox programmat,
u l-imsejken Ċikku l-Poplu
rassenjat!
© 1995-2005 Youth Travel Circle.
Mużika u lirika © l-awturi u kompożituri.
Homepage (disinn, produzzjoni) © Ramon Casha .