Id-Dar tal-Provvidenza - L-Akbar Realtà

Kliem: Paul Ellul
Mużika: Chan Vella
Tkanta: Catherine Vigar
Isma' parti qasira:

Fis-skiet tal-lejl
u bid-dmugħ fl-għajnejn,
jien ftakart f'oħrajn;
u bkejt meta ntbaħt
li nsejt 'l-anġli żgħar.
ma fhimtx għalfejn
għamilt hekk
u staqsejt kif int u jien
ma ngħixux
Id f'id u flimkien.

F'nofs l-għelieqi b'ġonna sbieħ u kbar,
f'ambjent sieket tinsab dar,
li b'tant għożża żżomm
fuq pala t'id, fjur żgħir miksur.
Fittex idħol,
ħoss il-qalb tħabbat bil-ferħ;
ixgħel fjamma
ta' mħabba u ta' sliem.
inħarsu 'l quddiem,
b'ħarsitna 'l fuq,
din l-akbar realtà.

Id-dawl tax-xemx
qiegħed hemm
għal kull ma jinsab muġugħ;
xi ħlew meta int
tmidd ftit dawk l-idejn;
għax min iħobb
ma jħarisx lejn l-uċuħ;
kulħadd, kulħadd
fuq din l-art
irid ftit tal-wens.

F'nofs l-għelieqi b'ġonna sbieħ u kbar,
f'ambjent sieket tinsab dar,
li b'tant għożża żżomm
fuq pala t'id, fjur żgħir miksur.
Fittex idħol,
ħoss il-qalb tħabbat bil-ferħ;
ixgħel fjamma
ta' mħabba u ta' sliem.
Inħarsu 'l quddiem,
b'ħarsitna 'l fuq,
din l-akbar realtà.