Kumbinazzjoni

Kliem: Joe Julian Farrugia
Mużika: Rèné Mamo
Ikanta: Renato Micallef
Isma' l-kanzunetta:

F'din l-art ħelwa b'tant viżjoni,
fuq il-għatba tal-Unjoni,
minn twelidna sal-pensjoni
naqblu lkoll, m'hawnx prużunzjoni,
la ssib qerq, la korruzzjoni.
Kulma jsir b'kumbinazzjoni!!!

Kumbinazzjoni jekk titħajjar tmur biex tixtri,
tinzertahom kuljum bl-offerta l-prezzijiet.
Kumbinazzjoni ż-żewġ mexxejja tal-partiti
f'kull servizz jibbilanċjaw fl-aħbarijiet.

Kumbinazzjoni meta tasal l-elezzjoni,
ma jsemmux id-dejn, jinfetħu l-bibien.
Kumbinazzjoni mbagħad jitilgħu jinsew kollox
il-wegħdiet, u għaċ-ċittadin ma jsibux żmien.

Kumbinazzjoni jgawdu dejjem l-istess nies,
min għax jilħaqlu, wiċċu qiegħed jew deffies.
U għalxejn jekk tmur tippilla,
għax kull pjan maħdum bizzilla,
jittimbrawk li int ribell, xewwiex u qżież.

Kumbinazzjoni sa minn kmieni fl-istaġuni,
dejjem nafu min se jieħdu l-kampjonat.
Kumbinazzjoni kollha nħelsu, innoċenti,
kull min weħel ċappa flus għand l-avukat.

Kumbinazzjoni ċitazzjoni ssir preskritta,
għax maż-żmien, bil-ħbieb fin-nofs, tkun intesiet.
Kumbinazzjoni waqt kull raid jinqabdu l-vittmi,
qatt ma jsibu provi għall-barunijiet.

Kumbinazzjoni jgawdu dejjem l-istess nies,
min għax jilħaqlu, wiċċu qiegħed jew deffies.
U għalxejn jekk tmur tippilla,
għax kull pjan maħdum bizzilla,
jittimbrawk li int ribell, xewwiex u qżież.

Kumbinazzjoni kull fejn tħares, kullimkien,
qatt ma nbdilna, fl-ebda seklu, fl-ebda żmien.
F'dal-pajjiż, b'kumbinazzjoni,
m'hemmx li nieħdu il-lezzjoni
destinati l-istess nibqgħu fil-ġejjien.