Bejn Ħaltejn

Kliem: John Attard
Mużika: Joe Formosa
Ikanta: John Cassar
Isma' l-kanzunetta:

Riħ jonfoħ sod.
Fil-madwar qrib u 'l bogħod,
U deċiż, jaf preċiż 'il fejn sejjer.

Xjuħ ħalel kbar,
B'xagħar bajjad daqs tajjar,
Bħal bl-amment, mal-kurrent ħsiebi jsawtu.

U jien id-dgħajsa sellieta
Ma nistax nibqa' fejn jien!
X'nagħmel... Nintelaq... Jew naqdef lejn blat bla għarfien

Naf illi għalkemm
Għami hu pass l-għażliet
Imma hu l-isbaħ mill-qadfiet!
Dawl li jikxef x'hemm
Mal-liwja kif iddur!
Iċ-ċpar jiċċara sa ma jmur!

Sod il-miżien,
Bla xaqlib lejn imkien!
Riskju ċar, jaħraq nar, mitluq f'idi!

Nixtieq naf, x'tostor kull liwja
X'hemm nifs 'il bogħod ġoċ-ċpar sfiq
Min jista' qatt jaċċertani mill-pass u mit-triq

Naf illi għalkemm
Għami hu pass l-għażliet...

Nagħmel x'nagħmel qatt xejn ma nkun żgur
Mill-futur!
Ħaġa waħda jien żgur!
Illi jien m'iniex żgur,
Bejn ħaltejn dlam mistur!

Naf illi għalkemm
Għami hu pass l-għażliet...

Il-futur!... Il-futur!