Introduzzjoni |
Regolamenti |
Kuntatt |
Rebbieħa |
Parteċipanti kollha |
Isma xi diski (MP3) |
2007 |
2007 żgħażagħ |
2006 |
2006 żgħażagħ |
2005 |
2005 żgħażagħ |
2004 |
2003 |
2002 |
2001 |
2000 |
1999 |
1998 |
1997 |
1996 |
1995 |
Suċċessi |
Kliem: |
|
---|---|
Mużika: |
|
Ikanta: |
|
Isma' l-kanzunetta: |
Kienet waħda tinkiteb ġurnata mill-agħar
fejn kollox fallieli u spiċċajt l-isptar.
Kif ħriġt mis-sodda ndunajt li qomt tard
tlaqt niġri 'l barra għall-kesħa u l-bard.
Bil-fixla u bl-għaġla kont ħriġt bla qalziet.
Karozza bl-iskossi tinnokkja bl-inkwiet.
It-toroq bit-trafik jew jgħaddu xi mejn.
Ix-xogħol dħalt l-uffiċċju u ma tkellimt xejn.
Mort b'ħeffa nippanċja bħal wieħed beżżiegħ
il-'card' tax-xogħol tiegħi moħbija fil-qiegħ.
Induna u kellimni u talli jien wasalt tard
qalli l-paga li tieħu se ssib nieqes 'kwart'.
Diżastru... Diżastru...
Ħeqq grazzi m'hemmx x'tagħmel għedt lill-prinċipal
biss f'qalbi bdejt nidgħi u għedt kemm hu bagħal.
F'mument smajt mit-tieqa għajjat u twerżiq
ħarist u sibt straġi ta' nies f'nofs it-triq.
Kafe' minn ġol-kikkra, plattina bil-kejk.
Ipparkjajt fin-niżla bla tellajt il-brejk.
Il-karozza bdiet taqleb u ħarġet wrong side
u tajret lil mara bil-qoffa tal-bajd.
Miskina bħall-qroqqa il-bajd ma tfaqqsux
kif rajt din il-froġa il-kont ma nqisux.
Il-mara għaddielha għax ratni bil-ġlekk
pulit bl-ingravata u f'idi biċ-ċekk.
Diżastru... Diżastru...
Bil-qatgħa dħalt nixrob għand l-eqreb ħanut
mort tlabtu il-brandi u tani l-vermut.
Biss tant ġieni tajjeb li tlabtu l-istess
u erġajt tajtu t-tazza ħa nkomplu l-proċess!
Fuq mejda lmaħt mara li kienet ta' mpari
għedtilha tridx tixrob u riedet Campari.
Ix-xorb pront sturdieni u tlift il-kontroll
U l-juke-box antika tat ftit rock'n'roll.
Dil-mara bdiet tiżfen tilgħabha ta' 'star'
kien fiha kolonna u tiżen qantar.
Tassew li mhix 'beauty' bħal Ornella Muti
Biss emmnuni ħuti jekk tkunu sturduti
Diżastru... Diżastru...
Dil-mara tal-kjutiks u make-up bla gost
bdiet lili tgħajjarni u tgħid kemm jien tost.
Ġie raġel b'sigarru, misluta f'widnejh
u kellu twissija miktuba f'għajnejh.
Ma domtx ma nżilt l-għatba għax ħsibtu kattiv
u mort lejn l-uffiċċju u tlabt il-jum liv.
Startjajt il-karozza biss jien kont xurban
u swietli tagħlima, max-xorb m'hemmx sewqan.
La rajt kantunieri la nagħraf il-lights
La nżomm mas-sinjali u ngħaddi wrong side
u kienu iħaffru biex jgħaddu xi mejn
f'gandott dritt bqajt nieżel tellgħuni bi krejn.
Kont ksirt tliet kustilji, domt ġimgħa bid-dripp
u b'sieqi inzappap domt xahrejn fil-ġibs
parir lilkom nagħti daqs l-aqwa gran mastru
sewqan max-xorb żejjed jissarraf f'diżastru.
Diżastru... Diżastru...
© 1995-2005 Youth Travel Circle.
Mużika u lirika © l-awturi u kompożituri.
Homepage (disinn, produzzjoni) © Ramon Casha .