Introduzzjoni |
Regolamenti |
Kuntatt |
Rebbieħa |
Parteċipanti kollha |
Isma xi diski (MP3) |
2007 |
2007 żgħażagħ |
2006 |
2006 żgħażagħ |
2005 |
2005 żgħażagħ |
2004 |
2003 |
2002 |
2001 |
2000 |
1999 |
1998 |
1997 |
1996 |
1995 |
Suċċessi |
Kliem: |
|
---|---|
Mużika: |
|
Ikanta: |
|
Isma' l-kanzunetta: |
Illum li xagħri bjad, u għandu mnejn jeħfief
Inħares lura u ngħid li kienu ġranet sbieħ.
Kemm tajjeb u ħażin, u għalkemm xi ftit għajjien
B'kuraġġ idi meddejt, u mxejt kif deherli jien
Matul iż-żmien.
U d-drabi li żbaljajt, żgur swewli ta' tagħlim
Għax qomt meta waqajt, tlewwimt u lħaqt ftehim.
Bl-għajnuna tal-Mulej, li sibtha kullimkien.
Qatagħli qalbi xejn, u mxejt kif deherli jien

Li kelli nerġa' lura għall-bidu ta' dit-triq
U ttini nagħżel li nixtieq
Xejn ma nibdel, u nimxi fl-istess pass
U nerġa' ngħid matul iż-żmien
Li mxejt kif deherli jien.
Min jaf għada x'se nsib, min jaf x'għad hemm mistur
Kull bidu fih it-tmiem, u r-rota terġa' ddur
Bl-għajnuna tal-Mulej, u kull min xtaqli l-ġid.
Qatagħli qalbi xejn, u mxejt kif deherli jien
Matul iż-żmien, matul iż-żmien.
Li kelli nerġa' lura għall-bidu ta' dit-triq
U ttini nagħżel li nixtieq.

© 1995-2005 Youth Travel Circle.
Mużika u lirika © l-awturi u kompożituri.
Homepage (disinn, produzzjoni) © Ramon Casha .