Introduzzjoni |
Regolamenti |
Kuntatt |
Rebbieħa |
Parteċipanti kollha |
Isma xi diski (MP3) |
2007 |
2007 żgħażagħ |
2006 |
2006 żgħażagħ |
2005 |
2005 żgħażagħ |
2004 |
2003 |
2002 |
2001 |
2000 |
1999 |
1998 |
1997 |
1996 |
1995 |
Suċċessi |
Kliem: |
|
---|---|
Mużika: |
|
Ikantaw: |
|
Isma' l-kanzunetta: |
Tisma' u taqra il-ħin kollu,
Tisma' 'l Ġaħan f'nofs ta' triq,
Li l-kompjuter għandu marda
Illi minnha mhux se jfiq!
Tisma' 'l Ċetta Furfiċetta
Tirrakkonta lill-ġirien
Anki l-banek ser ifallu...
Babilonja ma' kullimkien!
Anki l-knejjes daqqew mota,
Il-"fidili" b'ħass ħażin
Kulħadd mar jiskorri kelma
Għax kien riesaq id-destin!
Sa r-riġmenti tas-suldati
Lesti għall-irvellijiet
L-isptar mimli tobba u nurses
U t-tensjoni baqgħet tiżdied!
Min lagħab il-flus ma qatax
Għax l-antikrist ma tfaċċax!
Għalxejn stennew tard bil-lejl
Lill-"WAJ-TU-KEJ"!
'Qas ħaqq l-ispejjeż u l-ġenn
'Qas ħaqq min mar biex jistkenn
Kollox kif kien baqa' għaddej...
Xejn "WAJ-TU-KEJ"!!!
Nostradamus baqa' f'wiċċu
Jew mar staħba wara l-ħajt,
Ma felaħx jara l-millennju
iwaqqgħu daqshekk għaċ-ċajt!
Fra Mudest xegħlilna n-niċċa,
Wenzu u Rożi qagħdu d-dar
Raw id-dinja qed titbellah
Għax il-mostru... sparixxa u tar!
Min lagħab il-flus ma qatax
Għax l-antikrist ma tfaċċax!
Għalxejn stennew tard bil-lejl
Lill-"WAJ-TU-KEJ"!
'Qas ħaqq l-ispejjeż u l-ġenn
'Qas ħaqq min mar biex jistkenn
Kollox kif kien baqa' għaddej...
Xejn "WAJ-TU-KEJ"!!!
Ajma jew aħħ!
Millennium baħħ!
Fis-sena elfejn...
Xej' "WAJ-TU-KEJ"!
Daqq nofs il-lej'...
Spiċċa fix-xej...
Dal-"WAJ-TU-KEJ"!
Min lagħab il-flus ma qatax
Għax l-antikrist ma tfaċċax!
Għalxejn stennew tard bil-lejl
Lill-"WAJ-TU-KEJ"!
'Qas ħaqq l-ispejjeż u l-ġenn
'Qas ħaqq min mar biex jistkenn
Kollox kif kien baqa' għaddej...
Xejn "WAJ-TU-KEJ"!!!
"Daqq nofs il-lej'!"
Xxx...
...xej' waj-tu-kej!
© 1995-2005 Youth Travel Circle.
Mużika u lirika © l-awturi u kompożituri.
Homepage (disinn, produzzjoni) © Ramon Casha .