It-Tfal Ta' Llum

Kliem: Paul Ellul
Mużika: Chan Vella
Ikantaw: Glen Vella u Eleonor Cassar
Isma' l-kanzunetta:

Illum l-għajnejn ma jaraw xejn għajr flus fil-but.
Kienu jilagħbu
ta' tfal żgħar u ħelwin
b'pupi taċ-ċraret
u passju, biha ħajt.
Kienu jħarsu 'l fuq,
jifirħu bix-xejn,
lejn il-karti tat-tajr,
kull forma, ħfief, bl-ilwien,
ħfief bl-ilwien.

Jien ma nafx it-tfal ta' llum
x'iridu u ma jridux
jien ma nafx it-tfal ta' llum
x'iħobbu u ma jħobbux.
Jien żgur naf li illum
spiċċaw it-tifkiriet
għad-dell tat-triq,
taħt il-fanal,
illum ma fadal xejn,
illum.

B'żibeġ u boċċi
ilwienhom jolqtu l-għajn
ħarba jew noli
ej'niġru 'l hemm u 'l hawn.
Fost il-għaġeb tat-tfal,
moħġaġa l-kliem,
għajnejn jibbru bil-ferħ,
is'għidli int x'inhi,
int x'inhi.

Jien ma nafx it-tfal ta' llum
x'iridu u ma jridux
jien ma nafx it-tfal ta' llum
x'iħobbu u ma jħobbux.
Jien żgur naf li illum spiċċaw
it-tifkiriet
għad-dell tat-triq,
taħt il-fanal,
illum ma fadal xejn,
illum.

Jien ma nafx it-tfal ta' llum
x'iridu u ma jridux
jien ma nafx it-tfal ta' llum
x'iħobbu u ma jħobbux.
Jien żgur naf li illum spiċċaw
it-tifkiriet
għad-dell tat-triq,
taħt il-fanal,
illum ma fadal xejn,
illum.