Introduzzjoni |
Regolamenti |
Kuntatt |
Rebbieħa |
Parteċipanti kollha |
Isma xi diski (MP3) |
2007 |
2007 żgħażagħ |
2006 |
2006 żgħażagħ |
2005 |
2005 żgħażagħ |
2004 |
2003 |
2002 |
2001 |
2000 |
1999 |
1998 |
1997 |
1996 |
1995 |
Suċċessi |
Kliem: |
|
---|---|
Mużika: |
|
Ikantaw: |
|
Isma' l-kanzunetta: |
Fil-klassi tan-nuna
ltqajt ma' Miss Scicluna
bi tbissima li tħarisni.
donnha attriċi ta' Walt Disney
Iddur magħna tant ċkejknin
Etá kellha xi tletin.
Xnigħat fuq din l-għalliema
illi ġuvni minn tas-Sliema
bagħat għaliha ma' missierha
biss hi għażlet il-karriera
ġewwa l-klassi one-two-three
kemm taf tilbes għax taf tħit.
Mal-qanpiena, għar-rassenja... Miss Scicluna
u l-qawsalla fuq xufftejha tiżra' s-sliem.
Lapsijiet u gomom, Malti Ingliż u somom
Miss Scicluna darrietna ngħixu lkoll flimkien.
Jitħassru 'l Miss Scicluna
minn għajnejhom stajt tinduna,
u anke ommi smajt tinkwieta
għax dik m'għandhiex 'l uliedha.
Dar fej' 'l żewġha tistennieh.
Tibqa' wħidha da'qt tixjieħ.
Klassi klassi telgħet magħna
kienet tħobb iċ-ċajt ferħana
tirraġuna bl-innoċenza
bl-ebda kejl dik il-paċenzja
u kantajna l-innijiet
u premjijiet nhar il-Milied.
Mal-qanpiena, għar-rassenja... Miss Scicluna
u l-qawsalla fuq xufftejha tiżra' s-sliem.
Lapsijiet u gomom, Malti Ingliż u somom
Miss Scicluna darrietna ngħixu lkoll flimkien.
Snin għaddew u bdejt inkanta
rħula bliet... kull post ġo Malta.
Il-ġimgħa l-oħra rajt lil Miss Scicluna
fuq pultruna bil-kuruna
u kien hemm tant fjur ifuħ
f'dik is-Sala fost ix-xjuħ.
Mal-qanpiena, għar-rassenja... Miss Scicluna.
Dal-lejl m'iniex għajjien
għax ħakmuni l-ħsibijiet
spiċċajt nhewden f'kamarti
sa ma sparixxejt... fl-art tas-sħarijiet!
© 1995-2005 Youth Travel Circle.
Mużika u lirika © l-awturi u kompożituri.
Homepage (disinn, produzzjoni) © Ramon Casha .