Introduzzjoni |
Regolamenti |
Kuntatt |
Rebbieħa |
Parteċipanti kollha |
Isma xi diski (MP3) |
2007 |
2007 żgħażagħ |
2006 |
2006 żgħażagħ |
2005 |
2005 żgħażagħ |
2004 |
2003 |
2002 |
2001 |
2000 |
1999 |
1998 |
1997 |
1996 |
1995 |
Suċċessi |
Kliem: |
|
---|---|
Mużika: |
|
Ikanta: |
|
Isma' l-kanzunetta: |
Illejla l-ajru ċar u l-qamar kwinta!
Illejla donnu l-balzmu qed jiżvinta!
Id-dwal għadhom ma ntfewx
u l-qlub għadhom ma ħlewx
...mill-fantasija!
Illejla kulħadd qagħad jiġġerra barra
Jissemma' n-noti mqanqla tal-kitarra!
L-għarajjes jiċċaċċraw,
jitbewsu u jinnamraw
...mal-melodija!
Tgħid fejn għosfor il-poeta
Tgħid min ħonqu kliem ix-xiħ
Tgħid min sikket lill-għannejja
Dan kif kollox tar mar-riħ!!
Mank li kont imqar poeta!
Mank li kelli d-dehen tax-xiħ!
Mank twelidt b'leħen l-għannejja!
Mank nistenbaħ minnufih!
Illejla salpa l-ġifen tal-pirata!
Illejla l-erwieħ ħarġu passiġġata!
L-imsiebaħ qalb il-blat
jilagħbu mal-fatat
...il-mistoħbija!
Illejla ma nstemgħux ifaqqgħu bombi!
Illejla ħarġu l-gzuz mill-katakombi!
L-uċuħ qed jarmu d-dmugħ,
il-ward u ż-żahar ifuħ
...mimlija dija!
Tgħid fejn għosfor il-poeta
Tgħid min ħonqu kliem ix-xiħ
Tgħid min sikket lill-għannejja
Dan kif kollox tar mar-riħ!!
Mank li kont imqar poeta!
Mank li kelli d-dehen tax-xiħ!
Mank twelidt b'leħen l-għannejja!
Mank nistenbaħ minnufih!
Illejla nstemgħet tidwi is-sirena!
Illejla nixtieq kieku npitter xena!
Ma stajtx nagħlaq għajn m'għajn
il-muża f'ħakka t'għajn
...biddlet xortija!
Illejla d-dinja donnha ġejja f'tagħha!
Illejla anke d-dgħajjef ġietu s-saħħa!
Id-dalma nbidlet f'dawl
il-ħolma saret qawl
...u poeżija!
Tgħid fejn għosfor il-poeta
Tgħid min ħonqu kliem ix-xiħ
Tgħid min sikket lill-għannejja
Dan kif kollox tar mar-riħ!!
Mank li kont imqar poeta!
Mank li kelli d-dehen tax-xiħ!
Mank twelidt b'leħen l-għannejja!
Mank nistenbaħ minnufih!
© 1995-2005 Youth Travel Circle.
Mużika u lirika © l-awturi u kompożituri.
Homepage (disinn, produzzjoni) © Ramon Casha .