Le Xejn Ma Nsejt

Kliem: Albert Friggieri
Mużika: Albert Friggieri
Tkanta: Merga
Isma' l-kanzunetta:

Smajt 'il xufftejk
jirrakkuntaw mitt elf storja
fil-ħarsa t'għajnejk
rajt l-avventura.
Kollox innutajt
fuq biċċa karta,
biex ma nitlef xejn
la jqum ir-riħ.

Għaddew is-snin
u gerrbu x-xtiewi minn fuqna
tbegħidna minn xulxin
bil-mod il-mod.
Meta nfridna għal kollox
int kont għidtli
"L-imħabba tiġi u tmur
u d-dinja ddur!"

Le xejn ma nsejt
minn dak li għadda bejnietna
l-anqas kelma waħda biss
jien ma nsejt
meta erġajt rajtek
quddiem għajnejja
dlonk qamu mill-imwiet
it-tifkiriet.

Le xejn ma nsejt
minn dak iż-żmien tar-rebbiegħa,
meta ħolma għixna
t-tnejn flimkien,
donnha d-dinja kienet
ġiet maħluqa
sabiex ngħixu fiha
int u jien.

U issa jien hawn,
int hemm, u spazju bejnietna,
inħarsu lejn xulxin
bħal minn ġo ħġieġa.
Dak kliemek jerġa' jidwi
ġo widnejja
"L-imħabba tiġi u tmur
u d-dinja ddur!"

Le xejn ma nsejt
minn dak li għadda bejnietna
l-anqas kelma waħda biss
jien ma nsejt
meta erġajt rajtek
quddiem għajnejja
dlonk qamu mill-imwiet
it-tifkiriet.

Le xejn ma nsejt
minn dak iż-żmien tar-rebbiegħa,
meta ħolma għixna
t-tnejn flimkien,
donnha d-dinja kienet
ġiet maħluqa
sabiex ngħixu fiha
int u jien.

Le xejn ma nsejt.