Introduzzjoni |
Regolamenti |
Kuntatt |
Rebbieħa |
Parteċipanti kollha |
Isma xi diski (MP3) |
2007 |
2007 żgħażagħ |
2006 |
2006 żgħażagħ |
2005 |
2005 żgħażagħ |
2004 |
2003 |
2002 |
2001 |
2000 |
1999 |
1998 |
1997 |
1996 |
1995 |
Suċċessi |
Kliem: |
|
---|---|
Mużika: |
|
Tkanta: |
|
Meta sawruk fil-ġuf tal-kenn,
Meta twelidt f'nixxiegħa demm,
meta...
Meta bid-dmugħ xararbt għajnejk,
u nifs l-ħajja ġbidt b'imnifsejk,
meta...
Meta inti lgħabt u kont ferħan
Meta bik lagħbu u sfajt fid-dlam,
Meta kont b'saħħtek, ma' l-oħrajn ġrejt
Meta kont waħdek marid kemm bkejt.
Meta ħarist f'għajnejk int ġbidtni lejk, għal dejjem.
Meta xofftejk ħassejt ridt nibqa' ħdejk għal dejjem.
Meta lissinna l-ewwel kliem,
ridna li jkollna ferħ dejjiem,
x'kien mar ħażin fil-ħolm li ħlomna int u jien.
Meta il-jum deher wisq qasir,
meta il-lejl etern kien twil
meta...
Meta l-bogħod kien għalik qrib
Meta l-qrib ma stajtx issib
meta...
Meta l-oħrajn b'tifħir għallewk
Meta neżżgħuk, fil-qiegħ irmewk
Meta ħabbjet, 'il qalbek tajt
Meta l-imħabba kienet biss taċ-ċajt
Meta ħarist f'għajnejk int ġbidtni lejk, għal dejjem.
Meta xofftejk ħassejt ridt nibqa' ħdejk għal dejjem.
Meta lissinna l-ewwel kliem,
ridna li jkollna ferħ dejjiem,
x'kien mar ħażin fil-ħolm li ħlomna int u jien.
Meta int dehert li dħaqt biż-żmien,
Meta kont fl-aħħar tibki t-telf tal-jiem...
Meta ħarist f'għajnejk int ġbidtni lejk, għal dejjem.
Meta xofftejk ħassejt ridt nibqa' ħdejk għal dejjem.
Meta lissinna l-ewwel kliem,
ridna li jkollna ferħ dejjiem,
x'kien mar ħażin fil-ħolm li ħlomna int u jien.
© 1995-2005 Youth Travel Circle.
Mużika u lirika © l-awturi u kompożituri.
Homepage (disinn, produzzjoni) © Ramon Casha .