Introduzzjoni |
Regolamenti |
Kuntatt |
Rebbieħa |
Parteċipanti kollha |
Isma xi diski (MP3) |
2007 |
2007 żgħażagħ |
2006 |
2006 żgħażagħ |
2005 |
2005 żgħażagħ |
2004 |
2003 |
2002 |
2001 |
2000 |
1999 |
1998 |
1997 |
1996 |
1995 |
Suċċessi |
Kliem: |
|
---|---|
Mużika: |
|
Ikanta: |
|
Warrbuli, warrbuli
Ma rridx li nitlef żmien.
warrbuli, żululi, ersquli -
it-triq kollha krejtha jien
X'ħin jiftilli l-gass nagħfsilha
daws ir-riħ intir sparat
u kultant mal-lane ta' barra
tlikki tlikki... insuq qisni ċċassat.
U fin-nofs, mal-ħġieġ ta' wara
biex ma jaħsbunix mażun,
waħħalt sticker "I love Jesus",
u mal-mera dendilt ukoll par qrun
Iżda jekk il-ħorn iddoqqli
ninżel bħal sajjetta għalik
u addio "I love Jesus"
għax b'kull m'għandek żgur nibda' noffendik!
U iss' għandna xalata
bin-number plates varjati
għax kelli tletin lira
ridthom personalizzati
Jiena TOM jiena TED
Jiena FUN jiena BAD
Jiena FLY jiena SPY
Jiena LUV jiena SHY
Kreattività mill-aqwa,
l-ebda wieħed bħall-oħrajn
JOE jawn jiġru xi tliet mija
U jiena veru TOP-999
Warrbuli, warrbuli
Ma rridx li nitlef żmien.
warrbuli, żululi, ersquli -
it-triq kollha krejtha jien
Dak l-imbierek indicator
ħafna drabi ma nagħmlux
Issa wkoll - xi ħlew! - bis-seat belt
Jien no problem, naraħ u ma nilbsux.
U 'kk fit-triq lil sieħbi nilmaħ
bil-karozza ġej lil hawn
nieqfu t-tnejn ħa ngħidu kelma
u it-triq kollha għal kwarta nimblukkaw
Imbgħad forsi x'ħin jiftilli
għax tat-triq jien is-sultan
dlonk it-tyres ngħaqqadhomlha
u nisparixxi ġo sħaba ta' duħħan.
U iss' għandna xalata
bin-number plates varjati
għax kelli tletin lira
ridthom personalizzati
Jiena SUE jiena ANN
jiena HOT jiena MAN
jiena SIX jiena SAX
jiena PAT jiena MAX
Kreattività mill-aqwa
jiena RED u jiena BLU
jien m'hemmx ċajt għax 007,
u jiena RMJ bit-222
Warrbuli, warrbuli
Ma rridx li nitlef żmien.
warrbuli, żululi, ersquli -
it-triq kollha krejtha jien.
© 1995-2005 Youth Travel Circle.
Mużika u lirika © l-awturi u kompożituri.
Homepage (disinn, produzzjoni) © Ramon Casha .