Fejn Staħbew

Kliem: Mario Fenech Caruana
Mużika: Frederick Camilleri
Ikantaw: Alison Ellul u Fabrizio Faniello

Min jiffanga, min bil-ġuħ
min jixxala, min muġugħ
Dinja taċ-ċajt
jikkmanda kull min għandu s-saħħa.

Min hu mejjet f'sakra, jew bil-għatx,
min jgħix f'palazz u min f'mandraġġ
Dinja kollha misteri w imperi

Fejn staħbew iċ-ċenturjuni,
fejn staħbew il-kapurjuni,
fejn staħbew is-sinjuruni l-kbar?
Fejnhom, ħa jroxxu l-bżar
fuq id-djar tal-fqar

Min jitbaħrad fuq xi jott
u min jiġġerra dejjem xott
Dinja mħawda, mimlija fariżej u korrotti

Min jiskopri l-qamar fl-univers,
min jiffissa illi nislu skerz.
Dinja - kaxxa nfernali - banali.

Fejn staħbew iċ-ċenturjuni,
fejn staħbew il-kapurjuni,
fejn staħbew is-sinjuruni l-kbar?
Fejnhom, ħa jroxxu l-bżar
fuq id-djar tal-fqar

Sadanittant, ix-xemx tielgħa bil-mod il-mod
Waqt li d-dinja tibqa' ċassa tkejjek kemm hawn bogħod

Fejn staħbew iċ-ċenturjuni,
fejn staħbew il-kapurjuni,
fejn staħbew is-sinjuruni l-kbar?
Fejnhom, ħa jroxxu l-bżar
fuq id-djar tal-fqar
...qalb il-ward u ż-żahar,
...qalb il-ward u ż-żahar.