Diana

Kliem: Mario Fenech Caruana
Mużika: Andrew Zahra
Ikantaw: Incorvaja Sisters

Jum fost l-oħrajn tfaċċat prinċipessa
li kienet tħobb tilgħab mat-tfal
Paxxiet kull għajn bi ġmielha, b'għemilha
u kebbset fil-qlub bosta dwal

Fejn għebet, fejn sparixxiet?
Tgħid marret inħbiet
'il hinn mid-drawwiet, mill-inkwiet?
Kif għosfrot! Marret tistrieħ
għall-wens tal-musbieħ,
tistejqer qajl qajl mill-uġigħ!

Ix-xemgħa inħliet!
Il-ward kesa' l-wied!
Fl-irħula w l-ibliet
jinstemgħu l-għanjiet tal-korijiet.
L-istilla intfiet, il-ħrafa kompliet
issaħħar l-ulied bit-tifkiriet.

Ġriet qalb il-fqar u firxet ġwenħajha
bħal anġlu kustodju taż-żgħar.
Daħlet f'kull dar u ndieħset maċ-ċkejkna
Bi ħlewwa li taffiet ftit mill-imrar.

Ix-xemgħa inħliet!
Il-ward kesa' l-wied!
Fl-irħula w l-ibliet
jinstemgħu l-għanjiet tal-korijiet.
L-istilla intfiet, il-ħrafa kompliet
issaħħar l-ulied bit-tifkiriet.

Ix-xemgħa inħliet!
Il-ward kesa' l-wied!
Fl-irħula w l-ibliet
jinstemgħu l-għanjiet tal-korijiet.
L-istilla intfiet, il-ħrafa kompliet
issaħħar l-ulied bit-tifkiriet.

Ix-xema nħliet
Strieħ, Diana mur strieħ.