Ix-Xiħ

Kliem: John Attard
Mużika: Joe Formosa
Tkanta: Agnes Sultana

F'raħal qrib, f'serħ issib
dak li ż-żmien iġib...
raddi twal, somor sbieħ
jiffurmaw wiċċ xiħ,
jixbħu 'l dawk tal-moħriet
li saq drabijiet
f'ħamrija wisq għammiela li
illum inbniet.

Fuq bastun jitfa' l-piż
drabi f'ħolm il-qbiż
ta' ħitan tas-sejjieħ
f'post li llum insieh,
Fejn ħarrub spiċċa jnin
għax għeb ħajt irżin
biex ġeblu issa ntuża wċuħ
f'ħajt tat-tiżjin.

Kollox jgħidlek, xejn ma jaħbi
bla ċaqliq xofftejh,
faċli taqra l-mixja ta' passejh.
Għax iż-żmien skultur raqqiem
li jonqox ħsus l-inkwiet
li kulħadd jagħrafhom b'tifkiriet
t'elf ġrajjiet.

Dawk l-għajnejn, lewn in-nir
fuq sfond il-ġarġir
jipprovaw jissoktaw
bla jgħajjew jaraw.
Mixteqin mill-ulied
li nsewh bla ma ried
u ġarrab dmugħ in-niket
b'qalb f'qiegħ bir is-skiet.

Kollox jgħidlek, xejn ma jaħbi
bla ċaqliq xofftejh,
faċli taqra l-mixja ta' passejh.
Għax iż-żmien skultur raqqiem
li jonqox ħsus l-inkwiet
li kulħadd jagħrafhom b'tifkiriet
t'elf ġrajjiet.

Xejn aktar ħlief ħolmiet,
li issa telqu biex l-imrar ħallew...

Kollox jgħidlek, xejn ma jaħbi
bla ċaqliq xofftejh,
faċli taqra l-mixja ta' passejh.
Għax iż-żmien skultur raqqiem
li jonqox ħsus l-inkwiet
li kulħadd jagħrafhom b'tifkiriet
t'elf ġrajjiet.