Introduzzjoni |
Regolamenti |
Kuntatt |
Rebbieħa |
Parteċipanti kollha |
Isma xi diski (MP3) |
2007 |
2007 żgħażagħ |
2006 |
2006 żgħażagħ |
2005 |
2005 żgħażagħ |
2004 |
2003 |
2002 |
2001 |
2000 |
1999 |
1998 |
1997 |
1996 |
1995 |
Suċċessi |
Kliem: |
|
---|---|
Mużika: |
|
Tkanta: |
|
Il-vjaġġ li bdejt minn issa
se jieħdok f'post sabiħ,
ix-xita qatt ma tinżel,
u qatt ma jagħmel riħ.
Il-logħob li bih se tilgħab
ma ssibu fl-ebda dar,
ħadd m'hu se jgħidlek "Iskot,
iss' idħol, il-ħin sar."
Hemm fuq m'hemmx karti w kotba,
hemm fuq ma tgħejja qatt.
Titbissem il-ħin kollu,
issellem 'il kulħadd.
Hemm għandek l-isbaħ ħwejjeġ
u l-aktar ikel bnin.
Fuq kollox għandek lilu,
Missier tassew ħanin.
Ġib ruħek sew, obdini.
Hemmhekk mhux post taċ-ċajt.
Nixtieq li tibgħat tgħidli
minn fejn għaddejt u x'rajt.
Kif tara lil riesqa
ilqagħni bla dewmien
biex iddawwarni dawra,
turini kullimkien.
Hemm fuq m'hemmx karti w kotba,
hemm fuq ma tgħejja qatt.
Titbissem il-ħin kollu,
issellem 'il kulħadd.
Hemm għandek l-isbaħ ħwejjeġ
u l-aktar ikel bnin.
Fuq kollox għandek lilu,
Missier tassew ħanin.
Ħa ngħidlek l-aħħar kelma,
hawn isfel m'hawnx sabiħ
hawn isfel nibku ħafna,
u nxerrdu dmugħ qatigħ.
Hemm fuq m'hemmx karti w kotba,
hemm fuq ma tgħejja qatt.
Titbissem il-ħin kollu,
issellem 'il kulħadd.
Hemm għandek l-isbaħ ħwejjeġ
u l-aktar ikel bnin.
Fuq kollox għandek lilu,
Missier tassew ħanin.
© 1995-2005 Youth Travel Circle.
Mużika u lirika © l-awturi u kompożituri.
Homepage (disinn, produzzjoni) © Ramon Casha .