Introduzzjoni |
Regolamenti |
Kuntatt |
Rebbieħa |
Parteċipanti kollha |
Isma xi diski (MP3) |
2007 |
2007 żgħażagħ |
2006 |
2006 żgħażagħ |
2005 |
2005 żgħażagħ |
2004 |
2003 |
2002 |
2001 |
2000 |
1999 |
1998 |
1997 |
1996 |
1995 |
Suċċessi |
Kliem: |
|
---|---|
Mużika: |
|
Ikanta: |
|
Sirt nemmen fl-oroskopju għaliex qatt ma n/Ħibha żewġ
u dejjem matul ħajti kelli nimxi kontra l-mewġ
ma nafx ommi x'mar fettilla ma skappatx lil din l-istilla
ma ħasbitx daqsxejn fit-tul u ġejt beżżul,
kemm jien beżżul!
Jekk ħuti kienu jkissru għid li dejjem neħel jien
jekk nitlob għall-għajnuna lil kulħadd insib għajjien
għax twelidt taħt din l-istilla naf li qatt m'hu ser nibbrilla
donnu għandi xi magħmul u ġejt beżżul
kemm jien beżżul!
Beżżul, phu hemm jien beżżul!
Nixtieq nibdel il-futur forsi ndawwar il-pinnur.
Beżżul, phu kemm jien beżżul,
U jekk taf b'xi ieħor bħali
laqqgħu miegħi ħa jikkunslani.
Ma niflaħx għal dal-magħmul għal żmien fit-tul...
Kemm jien beżżul
Jekk titla' l-lotterija lanqas biss ma niġi qrib
U jekk tfaqqa' epidemija għid millewwel lili ssib
U tort ta' din l-istilla jekk nitħajjar għall-bigilla
għid li żgur jispiċċa l-ful għax ġejt beżżul
Kemm jien beżżul.
Beżżul, phu hemm jien beżżul!
Nixtieq nibdel il-futur forsi ndawwar il-pinnur.
Beżżul, phu kemm jien beżżul,
U jekk taf b'xi ieħor bħali
laqqgħu miegħi ħa jikkunslani.
Ma niflaħx għal dal-magħmul għal żmien fit-tul...
Kemm jien beżżul
U jekk niffansja tfajla din dritt tgħidli ġej l-għarus
destinat li noqgħod waħdi, m'għandi 'l ħadd lil min inbus.
u jekk tfajla ifettilla taħseb illi jien xi stilla,
fittex ejja u tħallix daqshekk fit-tul
għax jien beżżul!
Beżżul, phu hemm jien beżżul!
Nixtieq nibdel il-futur forsi ndawwar il-pinnur.
Beżżul, phu kemm jien beżżul,
U jekk taf b'xi ieħor bħali
laqqgħu miegħi ħa jikkunslani.
Ma niflaħx għal dal-magħmul għal żmien fit-tul...
Kemm jien beżżul
Beżżul, phu hemm jien beżżul!
Kemm hu tajjeb li tkun bħali -
jiġri x'jiġri qatt ma tagħli
Jekk tiżbalja w jindunaw li int mifxul...
għid l'int beżżul!
© 1995-2005 Youth Travel Circle.
Mużika u lirika © l-awturi u kompożituri.
Homepage (disinn, produzzjoni) © Ramon Casha .