Introduzzjoni |
Regolamenti |
Kuntatt |
Rebbieħa |
Parteċipanti kollha |
Isma xi diski (MP3) |
2007 |
2007 żgħażagħ |
2006 |
2006 żgħażagħ |
2005 |
2005 żgħażagħ |
2004 |
2003 |
2002 |
2001 |
2000 |
1999 |
1998 |
1997 |
1996 |
1995 |
Suċċessi |
Kliem: |
|
---|---|
Mużika: |
|
Tkanta: |
|
Kemm nixtieq illi kont ngħarrex
f'tempju jbaqbaq bin-nirien;
u nintasab għarkobbtejja
talbi joħnoq kullimkien.
Kemm batew missirijietna
meta kienu miġburin
f'maqdes kbir li jagħti qima
lill-allat hemm fuq reqdin.
Fit-tgħanniq ta' dirgġajn bieżla
hemm moħbija wċuħ ħenjin
qiegħda nisma' l-vini jbaqbqu
b'demm il-għaqda tal-Maltin.
Tempju tal-Qedem jien lilek insellem.
Tempju tal-Qedem nixtieq noqgħod ħdejk.
Ejja qrib tiegħi u għidilna l-istorja -
storja ta' mħabba li jixhdu għajnejk.
Tfajla ħelwa offriet ruħha,
biex lil artha tagħti ġieħ
u tinħaraq fuq il-midbaħ;
kemm tbatija, kemm uġigħ.
Dan għamlithu biex lill Malta
tara ħielsa minn kull xkiel;
kienet lesta xxerred demmha,
tal-imħabba tagħti ħjiel.
Tempju tal-Qedem jien lilek insellem.
Tempju tal-Qedem nixtieq noqgħod ħdejk.
Ejja qrib tiegħi u għidilna l-istorja -
storja ta' mħabba li jixhdu għajnejk.
Niżżuk ħajr tfajla qalbiena,
int eżempju għal kulħadd.
Għalkemm ismek fil-blat moħbi
ma tintesa qatt u qatt.
Tempju tal-Qedem jien lilek insellem.
Tempju tal-Qedem nixtieq noqgħod ħdejk.
Tempju tal-Qedem fik nara t-tjubija
Tempju tal-Qedem fik nilmaħ il-ġens
li niżel iqim l-allat mistoħbija
u fihom sab ħajtu, fihom sab wens.
© 1995-2005 Youth Travel Circle.
Mużika u lirika © l-awturi u kompożituri.
Homepage (disinn, produzzjoni) © Ramon Casha .