Introduzzjoni |
Regolamenti |
Kuntatt |
Rebbieħa |
Parteċipanti kollha |
Isma xi diski (MP3) |
2007 |
2007 żgħażagħ |
2006 |
2006 żgħażagħ |
2005 |
2005 żgħażagħ |
2004 |
2003 |
2002 |
2001 |
2000 |
1999 |
1998 |
1997 |
1996 |
1995 |
Suċċessi |
Kliem: |
|
---|---|
Mużika: |
|
Tkanta: |
|
Tisma' spiss
min iparla dwar żgħażagħ żgħar
li ħsiebna biss fiż-żfin,
li fix-xogħol qatt ma ntajru nar.
Tgħidulna moħħ ir-riħ,
Titħassruna li għadna tfal,
li f'xejn ma nifhmu sew,
li f'ħajjitna m'hemmx idejal.
Kemm tgergrulna għas-sewqan,
għall-istorbju tal-mutur.
Tistaqsuna il-ħin kollu
ma' min kont u fejn qed tmur?
Tippridkawlna fuq il-ħruġ
għax li nilbsu mhux pulit.
Min iqum għal drittijietu,
dak ardit.
Aħna l-wirt ta' dak li intom
fassaltulna f'din il-ħajja,
aħna wlied ta' soċjetà
"min l-aqwa jħawwel".
Friegħi ta' zokk mgħawweġ,
aħna l-frott ta' siġra msewsa;
tippretendu li f'ħajjitna
nkunu anġli fl-art?
Xi ftit moħħ ir-riħ,
titħassruna li għadna tfal
li f'xejn ma nifhmu sew,
li f'ħajjitna m'hemmx idejal.
Aħna s-sinsla tal-futur, kollu fuqna jaqa' l-piż
Biex immexxu dak li intom ħallejtulna f'dal-pajjiż.
Tistennewx mirakli f'salt, tistennewx xi ħwejjeġ kbar.
Nagħmlu biss dak li jidhrilna jkun l-aħjar.
Aħna l-wirt ta' dak li intom
fassaltulna f'din il-ħajja,
aħna wlied ta' soċjetà
"min l-aqwa jħawwel".
Friegħi ta' zokk mgħawweġ,
aħna l-frott ta' siġra msewsa;
tippretendu li f'ħajjitna
nkunu anġli fl-art?
Twissuna u ttambrulna,
jew jaqaw insejtu żmienkom?
l-istorja qatt ma tieqaf,
kontu bħalna wkoll.
Xi ftit moħħ ir-riħ,
titħassruna li għadna tfal
li f'xejn ma nifhmu sew,
li f'ħajjitna m'hemmx idejal.
Tisma' spiss
min iparla dwar żgħażagħ żgħar
li ħsiebna biss fiż-żfin,
li fix-xogħol qatt ma ntajru nar.
Tgħidulna moħħ ir-riħ,
Titħassruna li għadna tfal,
li f'xejn ma nifhmu sew,
li f'ħajjitna m'hemmx idejal.
Dak l-idejal li f'moħħna
ħadd ma jħassar u fil-qalb
irridu l-ferħ u mhux paroli vojt,
kif tisma' spiss.
© 1995-2005 Youth Travel Circle.
Mużika u lirika © l-awturi u kompożituri.
Homepage (disinn, produzzjoni) © Ramon Casha .