Introduzzjoni |
Regolamenti |
Kuntatt |
Rebbieħa |
Parteċipanti kollha |
Isma xi diski (MP3) |
2007 |
2007 żgħażagħ |
2006 |
2006 żgħażagħ |
2005 |
2005 żgħażagħ |
2004 |
2003 |
2002 |
2001 |
2000 |
1999 |
1998 |
1997 |
1996 |
1995 |
Suċċessi |
Kliem: |
|
---|---|
Mużika: |
|
Ikantaw: |
|
Qiegħed nilmaħ fil-qrib mara sbejħa
li min jaf kemm issieltet u bkiet
u kemm xorbot imrar tul is-sekli
u mit-tama lil qalbha mliet.
Qiegħed nilmaħ 'l uliedna jkellmuni
u jistqarru l-uġigħ u l-imrar
u jkantaw għanja waħda li f'qalbhom
tixgħel fjamma li tkebbes ix-xrar.
Int il-mara tal-ħolm tiegħi,
fija tqajjem xewqat sbieħ
jien f'dirgħajk nintelaq ħieni
issaħħarni minnufih
Jien nitqanqal għal imħabbtek
quddiem ġismek wisq sabiħ
u fil-ġonna tal-ħsieb tiegħi
nidħol ngħarrex bl-akbar ġieħ
Inħoss bewstek issaħħan 'il qalbi
u toffrili ward sbejjaħ u jfuħ
il-palazzi u l-bereġ jgħannulek
salmi ħiemda li jserrħu r-ruħ.
Jien f'għajnejk nilmaħ kwiekeb ileqqu
fuq ħaddejk nara ħmuret ix-xemx
sidrek jitla' u jinżel mal-mixja
mara għaqlija li bħalek żgur m'hemmx.
Int il-mara tal-ħolm tiegħi,
fija tqajjem xewqat sbieħ
jien f'dirgħajk nintelaq ħieni
issaħħarni minnufih
Jien nitqanqal għal imħabbtek
quddiem ġismek wisq sabiħ
u fil-ġonna tal-ħsieb tiegħi
nidħol ngħarrex bl-akbar ġieħ
Inti mdawra bil-fidi ta' niesna,
turi l-ħila u l-għerf ta' dal-ġens
u nistgagħġbu bi swarek qalbiena
isaħħruna fil-ġabra w fil-wens
Int il-mara tal-ħolm tiegħi,
fija tqajjem xewqat sbieħ
jien f'dirgħajk nintelaq ħieni
issaħħarni minnufih
Jien nitqanqal għal imħabbtek
quddiem ġismek wisq sabiħ
u fil-ġonna tal-ħsieb tiegħi
nidħol ngħarrex bl-akbar ġieħ.
© 1995-2005 Youth Travel Circle.
Mużika u lirika © l-awturi u kompożituri.
Homepage (disinn, produzzjoni) © Ramon Casha .